18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 48/1


It-Tnejn 24 ta’ Ottubru 2011
MINUTI TAS-SEDUTA TAL-24 TA’ OTTUBRU 2011

2012/C 48 E/01

Werrej

1.

Tkomplija tas-sessjoni

2.

Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti ta’ qabel

3.

Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

4.

Kompożizzjoni tal-Parlament

5.

Corrigendum (Artikolu 216 tar-Regoli ta’ Proċedura)

6.

Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

7.

Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja

8.

Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

9.

Petizzjonijiet

10.

Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)

11.

Ordni tal-ħidma

12.

Dokumenti mressqa

13.

Il-mobilità u l-inklużjoni ta’ persuni b'diżabilità (dibattitu)

14.

Il-modernizzazzjoni tal-akkwist pubbliku (dibattitu)

15.

Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, kriżi u SMEs (dibattitu)

16.

Diskorsi ta’ minuta dwar kwistjonijiet ta’ importanza politika

17.

Il-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea (preżentazzjoni qasira)

18.

Proċess ta’ Evalwazzjoni Reċiproka tad-Direttiva tas-Servizzi (preżentazzjoni qasira)

19.

Soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fi kwistjonijiet ċivili, kummerċjali u familjari (preżentazzjoni qasira)

20.

Governanza Ekonomika Globali (preżentazzjoni qasira)

21.

Is-sitwazzjoni tal-ommijiet li jrabbu t-tfal waħedhom (preżentazzjoni qasira)

22.

Il-kriminalità organizzata fl-Unjoni Ewropea (preżentazzjoni qasira)

23.

Ir-4 Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna (preżentazzjoni qasira)

24.

L-aġenda tas-seduta li jmiss

25.

Għeluq tas-seduta

REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

MINUTI TAS-SEDUTA TAL-24 TA’ OTTUBRU 2011

PRESIDENZA: Jerzy BUZEK

President

1.   Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.05.

2.   Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti ta’ qabel

Sylvie Goulard u Franck Proust avżaw li huma kienu preżenti għas-seduta tat-12 ta’ Ottubru 2011 iżda isimhom ma kienx imniżżel fir-reġistru tal-attendenza.

Il-Minuti tas-seduti ta’ 12 ta’ Ottubru 2011 u 13 ta’ Ottubru 2011 ġew approvati.

3.   Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

Il-President fakkar fil-parteċipazzjoni tiegħu lbieraħ għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fi Brussell u semma l-avvenimenti l-aktar importanti ta’ din il-ġimgħa, bħal-laqgħa tal-Eurogrupp ta’ nhar l-Erbgħa, iż-żjara ta’ nhar il-Ħamis ta’ José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) u ta’ Herman Van Rompuy (President tal-Kunsill Ewropew) fil-Parlament, id-dibattitu ta’ għada dwar is-semestru Ewropew 2011 u l-bidu tal-votazzjoni ta’ nhar l-Erbgħa dwar il-baġit tal-Unjoni. Il-President irringrazzja wkoll lill-parteċipanti tal-konferenza dwar il-qafas finanzjarju multiannwali l-ġdid għall-perjodu 2014-2020 li saret il-Ħamis li għadda.

Il-President esprima s-sodisfazzjon tiegħu dwar l-iżvolġiment tal-ewwel elezzjonijiet liberi u demokratiċi fit-Tuneżija u feraħ bir-rata ta’ persuni li ħarġu jivvutaw ta’ aktar minn 90 fil-mija tal-popolazzjoni, f'kundizzjonijiet paċifiċi u responsabbli. Għarraf li se jmur f'dan il-pajjiż nhar il-Ħadd li ġej.

Il-President fakkar fit-tmiem ta’ aktar minn erbgħin sena ta’ reġim dittatorjali fil-Libja u stieden lill-pajjiż jiżviluppa sistema politika ġdida bbażata fuq il-legalità u r-rispett tal-libertajiet fundamentali għaċ-ċittadini kollha. Għarraf li nhar is-Sibt se jmur fil-Libja.

Il-President laqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjoni ta’ waqfien mill-ġlied definittiv min-naħa tal-ETA, indika li dan għandu jimplika x-xoljiment tal-organizzazzjoni terroristika kif ukoll il-konsenja tal-armi u esprima s-solidarjetà tiegħu mal-familji tat-829 vittma ta’ aktar minn erbgħin sena ta’ attivitajiet terroristiċi.

Il-President ingħaqad man-niket tan-nazzjon Tork minħabba t-terremot li heżżeż lit-Turkija l-Ħadd li għadda u ħalla iktar minn 200 ruħ mejta, u esprima, f'isem il-Parlament, il-kondoljanzi lill-familji tal-vittmi. Il-Parlament osserva minuta silenzju bħala tifkira tal-vittmi.

4.   Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Svediżi kienu avżaw bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta’ Kent Johansson minflok Lena Ek bħala Membru tal-Parlament, b'effett mid-data 18 ta’ Ottubru 2011.

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Kent Johansson jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet marbuta ma’ din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel jidħol fil-kariga fil-Parlament ikun għamel dikjarazzjoni bil-miktub li huwa ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma’ dik ta’ Membru tal-Parlament Ewropew.

5.   Corrigendum (Artikolu 216 tar-Regoli ta’ Proċedura)

Il-kumitat kompetenti ressaq il-corrigendum li ġej ta’ test approvat mill-Parlament Ewropew:

 

Corringendum (P7_TA-PROV(2011)0408(COR01)) għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar is-sikurezza fit-toroq 2011-2020 (P7_TA-PROV(2011)0408 – (2010/2235(INI)) – TRAN)

 

Bi qbil mal-Artikolu 216(4) tar-Regoli ta’ Proċedura, dan il-corrigendum jitqies approvat sakemm fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mit-tħabbir tiegħu, grupp politiku jew grupp ta’ mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwaru.

Il-corrigendum hu disponibbli fuq is-sit Séance en direct.

*

* *

Tkellem Jörg Leichtfried dwar it-tqassim tas-siġġijiet fl-emiċiklu.

6.   Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva t-talbiet ta’ ħatra li ġejjin mill-gruppi PPE, ALDE u GUE/NGL:

 

Kumitat BUDG: Potito Salatto

 

Kumitat ITRE: Kent Johansson

 

Kumitat AFCO: Giuseppe Gargani minflok Potito Salatto

 

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Messiku: Mikael Gustafsson

 

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latina-Amerikana: Mikael Gustafsson

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta’ dawn il-Minuti.

7.   Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 74 tar-Regoli ta’ Proċedura):

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti 'l barra mill-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE (00060/2011/LEX - C7-0357/2011 - 2010/0101(COD));

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (00022/2011/LEX - C7-0361/2011 - 2009/0089(COD));

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (00043/2011/LEX - C7-0362/2011 - 2008/0028(COD));

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (00044/2011/LEX - C7-0363/2011 - 2008/0062(COD));

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża u dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-istabbiliment ta’ din il-lista (00042/2011/LEX - C7-0364/2011 - 2010/0325(COD));

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (00034/2011/LEX - C7-0366/2011 - 2010/0363(COD));

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta’ aċċess għas-servizz pubbliku regolat offrut mis-sistema dinjija ta’ navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo (00040/2011/LEX - C7-0367/2011 - 2010/0282(COD));

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (00037/2011/LEX - C7-0368/2011 - 2010/0039(COD));

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (00026/2011/LEX - C7-0369/2011 - 2008/0196(COD)).

8.   Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta’ Lulju 2011 hija disponibbli fuq is-sit Séance en direct.

9.   Petizzjonijiet

Il-petizzjonijiet li ġejjin, li kienu tniżżlu fir-reġistru fid-dati li jidhru hawn taħt, ġew mgħoddija lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 201(6) tar-Regoli ta’ Proċedura:

 

Data: 3 ta’ Ottubru 2011

Bertrand De Kermel (Comité Pauvreté Politique) (nru 0982/2011); Robert Caron (nru 0983/2011); Gergő Kogler (nru 0984/2011);

 

Data: 11 ta’ Ottubru 2011

(Isem Kunfidenzjali) (132 firma) (nru 0985/2011); Alberto Peña Guillén (nru 0986/2011); (Isem Kunfidenzjali) (nru 0987/2011); Pablo Manuel Simón Tejera (nru 0988/2011); Tibor Gábor (S.C. Style Model S.R.L.) (nru 0989/2011); María Pilar Pérez García (nru 0990/2011); Svilen Radev (Agrobuls Lda) (nru 0991/2011); José Elías Díez Sánchez (nru 0992/2011); Víctor Manuel Izquierdo Pérez (nru 0993/2011); Sandu Emil Viorel (nru 0994/2011); (Isem Kunfidenzjali) (nru 0995/2011); Patric Lausch (nru 0996/2011); (Isem Kunfidenzjali) (nru 0997/2011); Ion István (nru 0998/2011); Giovanni Sudano (nru 0999/2011); (Isem Kunfidenzjali) (nru 1000/2011); Evren Cavdir (nru 1001/2011); John Parsons (Costa del Sol Action Group) (nru 1002/2011); Francesco Previte (Cristiani per Servire) (nru 1003/2011); Giorgio Morotti (Comitato Rio Cortino) (nru 1004/2011); Alexander Sadovski (nru 1005/2011);

 

Data: 21 ta’ Ottubru 2011

Wilhelm Josef Mahr (nru 1006/2011); Stefan Juranek (nru 1007/2011); (Isem Kunfidenzjali) (nru 1008/2011); Michael Helming (nru 1009/2011); Karol Jersak (nru 1010/2011); Jens Wiedenmann (42 firma) (nru 1011/2011); Miroslaw J. Drejza (nru 1012/2011); (Isem Kunfidenzjali) (nru 1013/2011); Hubler Werner (nru 1014/2011); Marcus Wegner (nru 1015/2011); (Isem Kunfidenzjali) (nru 1016/2011); Wojciech Szeląg (Dębki nie są odnawialne) (nru 1017/2011); Till Rübenstrunk (nru 1018/2011); Andrea Lehmann (nru 1019/2011); Karl-Heinz Westphal (nru 1020/2011); (Isem Kunfidenzjali) (nru 1021/2011); Günter Dillikrath (nru 1022/2011); (Isem Kunfidenzjali) (nru 1023/2011); Dariusz Bańdo (nru 1024/2011); Thorsten Kehrmann (nru 1025/2011); Gredo Förster (nru 1026/2011); Brygida Sobotka (nru 1027/2011); Clemens Jaeckel (nru 1028/2011); Boris Kogatov (nru 1029/2011); Joan Simmons (nru 1030/2011); Luigi Coda (nru 1031/2011); Antonio Giangrande (Associazione contro tutte le mafie) (nru 1032/2011); Pauline Margaret Stewart (nru 1033/2011); Andrea Moretti (nru 1034/2011); (Isem Kunfidenzjali) (nru 1035/2011); Stuart Spooner (Bangors Green Residents Association) (nru 1036/2011); Maria Damyanova (Association Life for Krumovgrad) (nru 1037/2011); Anouk Delafortrie (WWF European Policy Office) (nru 1038/2011); (Isem Kunfidenzjali) (nru 1039/2011); Simone Lisoni (nru 1040/2011); Marielle Lacarin (Association Fibrothon) (49 firma) (nru 1041/2011); Reinhard Uhrig (Global 2000 friends of the Earth Austria) (nru 1042/2011); Emanuel Ardelean (nru 1043/2011); Joanna Swabe (Humane Society International European Union) (22 firma) (nru 1044/2011); Constantinos Aivaliotis (The Hellenic Parliament) (nru 1045/2011); L Knoops (nru 1046/2011); Rudolfne Buda (nru 1047/2011); Nathalie Luthold (nru 1048/2011); Reino Mereküla (nru 1049/2011); Thibault Legroux (nru 1050/2011); (Isem Kunfidenzjali) (nru 1051/2011); C. Saturnin Dossou-yovo (nru 1052/2011); Konstantinos Aivaliotis (The Hellenic Parliament) (nru 1053/2011); Jan Fabisik (nru 1054/2011); (Isem Kunfidenzjali) (42 firma) (nru 1055/2011); Francisco Javier Martínez López (2959 firma) (nru 1056/2011); Leontin Aslau (Societatea Comerciala Corleone SRL) (nru 1057/2011); Juan Vergara (nru 1058/2011); Joan Cirera Planas (Basta Ja! Perjudicats per la Llei de Costas de Balears) (nru 1059/2011); Diego Albarracín Uxó (nru 1060/2011); María Ángeles Blas Osorio (nru 1061/2011); Mihaela Simedre Loredana (nru 1062/2011); Celestino Huete Martínez (Asociación Colectivo Espartal-Ecologistas en Acción de Valdemoro) (nru 1063/2011); Ramón Rodríguez Viñals (Panacex) (nru 1064/2011); Stefco Vodenicharov (nru 1065/2011); Ramón Juan Vivero Blas (nru 1066/2011); Les Verts Bretagne Europe Ecologie (Europa Ekologiez Ar re C'hlas) (2 firem) (nru 1067/2011).

10.   Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)

Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri

1)

mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura)

(O-000184/2011) imressqa minn Edite Estrela, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kunsill: Il-qagħda attwali rigward id-Direttiva dwar il-Liv tal-Maternità (B7-0623/2011);

(O-000188/2011) imressqa minn Mara Bizzotto, Niki Tzavela u Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFD, lill-Kummissjoni: “Small Business Act”, il-kriżi u l-SMEs (B7-0624/2011);

(O-000219/2011) imressqa minn Sharon Bowles u Pervenche Berès, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kunsill: Is-Semestru Ewropew 2011 - L-ewwel Lezzjonijiet (B7-0625/2011);

(O-000220/2011) imressqa minn Sharon Bowles u Pervenche Berès, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: Is-Semestru Ewropew 2011 - L-ewwel Lezzjonijiet (B7-0626/2011);

(O-000231/2011) imressqa minn Roberta Angelilli, Simon Busuttil, Manfred Weber u Salvatore Iacolino f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri previsti fil-Programm tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tat-tfal (B7-0627/2011);

(O-000214/2011) imressqa minn Jo Leinen, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: It-theddida tar-reżistenza antimikrobika għas-saħħa pubblika (B7-0633/2011);

(O-000215/2011) imressqa minn Jo Leinen, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: It-theddida tar-reżistenza antimikrobika għas-saħħa pubblika (B7-0634/2011);

(O-000229/2011) imressqa minn Sharon Bowles, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: Il-Kompatibbiltà tal-Ftehimiet tat-Taxxa Brittaniċi u Ġermaniżi mal-Isvizzera, mad-Direttiva tal-UE dwar it-Tassazzjoni ta’ Riżervi fuq id-Dħul (B7-0635/2011);

(O-000238/2011) imressqa minn Rui Tavares f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nadja Hirsch, Renate Weber, Alexander Alvaro, Sonia Alfano, Norica Nicolai, Sarah Ludford, Jens Rohde, Louis Michel u Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, Antonio Masip Hidalgo f'isem il-Grupp S&D, Georgios Papanikolaou f'isem il-Grupp PPE, u Kyriacos Triantaphyllides f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kunsill: It-twaqqif ta’ programm konġunt dwar ir-risistemazzjoni (B7-0636/2011);

(O-000273/2011) imressqa minn Renate Weber, Marielle De Sarnez, Jan Mulder, Cecilia Wikström, Sonia Alfano, Nathalie Griesbeck, Ramon Tremosa i Balcells, Andrea Zanoni, Sarah Ludford, Nadja Hirsch u Louis Michel f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Id-drittijiet tat-tfal fl-UE (B7-0637/2011);

(O-000276/2011) imressqa minn Jürgen Creutzmann, Fiona Hall, Michael Theurer u Andrea Zanoni f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Trattament tan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tat-test tal-SMEs (B7-0638/2011).

2)

dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura)

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Willy Meyer, Michail Tremopoulos, Cecilia Wikström u Artur Zasada, dwar l-għoti tal-parti l-magħluqa ta’ Famagusta lura lill-abitanti legali (0042/2011).

11.   Ordni tal-ħidma

Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.

L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta’ Ottubru II (PE 437.262/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (Artikolu 140 tar-Regoli ta’ Proċedura):

 

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

 

It-Tlieta

Talba mill-Grupp Verts/ALE biex jiddaħħal punt ġdid fl-aġenda fit-15:00: “Dikjarazzjonijiet mill-Kunsill u mill-Kummissjoni dwar l-istat tan-negozjati fi ħdan il-Kunsill Ewropew dwar il-kriżi ekonomika”.

Tkellmu Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ressqet it-talba u Hannes Swoboda, f'isem il-grupp S&D, li jappoġġaha.

Il-Parlament approva t-talba.

Is-seduta kompliet sal-22:00.

 

L-Erbgħa u l-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Hekk ġie stabbilit l-ordni tal-ħidma.

*

* *

Tkellem Astrid Lulling dwar l-opportunità tad-dibattitu, previst fl-aġenda tat-Tlieta dwar “Is-sitwazzjoni attwali rigward id-direttiva dwar il-liv tal-maternità” (punt 75 tal-abbozz definittiv tal-aġenda) (il-President wieġeb li se jivverifika l-kwestjoni).

12.   Dokumenti mressqa

Ir-rapporti li ġejjin tressqu mill-Kumitati Parlamentari:

***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (COM(2010)0761 - C7-0002/2011 - 2010/0366(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Luis Manuel Capoulas Santos (A7-0204/2011)

***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 on dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u r-Regolament tal-Kunsill (KE)Nru78/2008 (COM(2010)0745 - C7-0429/2010 - 2010/0365(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Giovanni La Via (A7-0209/2011)

***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi (COM(2010)0759 - C7-0001/2011 - 2010/0364(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Martin Häusling (A7-0215/2011)

Rapport dwar ir-4 Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna (2011/2145(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Cristian Dan Preda (A7-0313/2011)

* Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (Riformulazzjoni) (COM(2010)0784 - C7-0030/2011 - 2010/0387(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sven Giegold (A7-0314/2011)

Rapport dwar il-ħidma tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fl-2010 (2011/2120(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Filip Kaczmarek (A7-0315/2011)

*** Rakkomandazzjoni on the draft Council decision on the conclusion of the Cooperation Agreement on Satellite Navigation between the European Union and its Member States and the Kingdom of Norway (11114/2011 - C7-0184/2011 - 2011/0033(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Herbert Reul (A7-0316/2011)

Rapport dwar is-sitwazzjoni tal-ommijiet waħedhom (2011/2049(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Barbara Matera (A7-0317/2011)

Rapport dwar l-Aġenda għal Ħiliet u Impjiegi Ġodda (2011/2067(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Regina Bastos (A7-0320/2011)

Rapport dwar il-Governanza Ekonomika Globali (2011/2011(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Gunnar Hökmark (A7-0323/2011)

Rapport dwar il-Proċess ta’ Evalwazzjoni Reċiproka tad-Direttiva tas-Servizzi (2011/2085(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Małgorzata Handzlik (A7-0324/2011)

***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni (COM(2010)0815 - C7-0016/2011 - 2010/0395(COD)) - Kumitat BUDG - Rapporteurs: Ingeborg Gräßle, Crescenzio Rivellini (A7-0325/2011)

Abbozz ta’ rapport dwar il-modernizzazzjoni tal-akkwist pubbliku (2011/2048(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Heide Rühle (A7-0326/2011)

Abbozz tat-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima II – Kunsill (SEC(2010)0963[[03]] - C7-0213/2010 - 2010/2144(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Crescenzio Rivellini (A7-0328/2011)

It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2010)0963[[17]] - C7-0233/2010 - 2010/2173(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Georgios Stavrakakis (A7-0329/2011)

It-tieni rapport dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għall-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2010)0963[[26]] - C7-0241/2010 - 2010/2181(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Georgios Stavrakakis (A7-0330/2011)

*** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta’ sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita ta’ GALILEO u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (11117/2011 - C7-0185/2011 - 2011/0054(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Herbert Reul (A7-0332/2011)

Rapport dwar il-kriminalità organizzata fl-Unjoni Ewropea (2010/2309(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Sonia Alfano (A7-0333/2011)

Rapport dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali (2011/2008(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Nicole Kiil-Nielsen (A7-0338/2011)

Rapport dwar soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fi kwistjonijiet ċivili, kummerċjali u familjari (2011/2117(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Diana Wallis (A7-0343/2011)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima IX – Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna (13991/2011 - C7-0244/2011 - 2011/2131(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Helga Trüpel (A7-0346/2011)

***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda t-tajers ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll it-twaħħil tagħhom (test kodifikat) (COM(2011)0120 - C7-0071/2011 - 2011/0053(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Antonio López-Istúriz White (A7-0349/2011)

Rapport dwar it-tibdil demografiku u l-konsegwenzi tiegħu għall-politika ta’ koeżjoni futura tal-UE (2010/2157(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Kerstin Westphal (A7-0350/2011)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità favur l-Istrateġija UE 2020 u l-viċinat Ewropew, b'konformità mal-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2011)0373 - C7-0164/2011 - 2011/2126(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Reimer Böge (A7-0353/2011)

Rapport dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 kif modifikat mill-Kunsill – it-taqsimiet kollha (13110/2011 - C7-0247/2011 - 2011/2020(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteurs: José Manuel Fernandes, Francesca Balzani (A7-0354/2011)

*** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri (09825/2011 - C7-0304/2011 - 2011/0126(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Sophia In 'T Veld (A7-0364/2011)

13.   Il-mobilità u l-inklużjoni ta’ persuni b'diżabilità (dibattitu)

Rapport dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta’ persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 [2010/2272(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Ádám Kósa (A7-0263/2011)

Ádám Kósa ppreżenta r-rapport tiegħu.

Tkellem Dacian Cioloș (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu Oreste Rossi (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Edit Bauer (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Giles Chichester (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PETI), Regina Bastos f'isem il-Grupp PPE, Vilija Blinkevičiūtė f'isem il-Grupp S&D, Niccolò Rinaldi f'isem il-Grupp ALDE, Julie Girling f'isem il-Grupp ECR, Elisabeth Schroedter f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ilda Figueiredo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Frank Vanhecke Membru mhux affiljat, Elisabetta Gardini, Kinga Göncz, Marina Yannakoudakis u Mikael Gustafsson.

PRESIDENZA: Diana WALLIS

Viċi President

Tkellmu Mairead McGuinness, Antigoni Papadopoulou u Richard Falbr.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Anna Záborská, Katarína Neveďalová, Catherine Bearder, Rosa Estaràs Ferragut, Olga Sehnalová, Janusz Wojciechowski u Franz Obermayr.

Tkellmu Dacian Cioloș u Ádám Kósa.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8_9 tal-Minuti tal-25 ta’ Ottubru 2011.

14.   Il-modernizzazzjoni tal-akkwist pubbliku (dibattitu)

Rapport dwar il-modernizzazzjoni tal-akkwist pubbliku [2011/2048(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Heide Rühle (A7-0326/2011)

Heide Rühle għamelt il-preżentazzjoni.

Tkellem Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu Kader Arif (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Bart Staes (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT), Julie Girling (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Åsa Westlund (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Vicky Ford (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Ramona Nicole Mănescu (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Frank Engel f'isem il-Grupp PPE, Bernadette Vergnaud f'isem il-Grupp S&D, Michael Theurer f'isem il-Grupp ALDE, Malcolm Harbour f'isem il-Grupp ECR, Mikael Gustafsson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Oreste Rossi f'isem il-Grupp EFD, Andreas Schwab, Marc Tarabella, Edvard Kožušník, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Evelyne Gebhardt, Anna Maria Corazza Bildt, Pervenche Berès, Amalia Sartori, António Fernando Correia De Campos, Regina Bastos u Toine Manders.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Elena Băsescu, María Irigoyen Pérez, João Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Judith A. Merkies u Niki Tzavela.

Tkellmu Michel Barnier u Heide Rühle.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8_10 tal-Minuti tal-25 ta’ Ottubru 2011.

15.   Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, kriżi u SMEs (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000188/2011) imressqa minn Mara Bizzotto, Niki Tzavela u Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFD, lill-Kummissjoni: “Small Business Act”, il-kriżi u l-SMEs (B7-0624/2011)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000276/2011) imressqa minn Jürgen Creutzmann, Fiona Hall, Michael Theurer u Andrea Zanoni f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Trattament tan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tat-test tal-SMEs (B7-0638/2011)

Niki Tzavela daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija bi tweġiba orali B7-0624/2011.

PRESIDENZA: Rainer WIELAND

Viċi President

Michael Theurer daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija bi tweġiba orali B7-0638/2011.

Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsijiet bi tweġiba orali.

Tkellmu Bendt Bendtsen f'isem il-Grupp PPE, Patrizia Toia f'isem il-Grupp S&D, Graham Watson f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija “karta blu” ta’ Hans-Peter Martin, James Nicholson f'isem il-Grupp ECR, Reinhard Bütikofer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Fiorello Provera f'isem il-Grupp EFD, Hans-Peter Martin Membru mhux affiljat, Pilar del Castillo Vera, Judith A. Merkies, Pat the Cope Gallagher, Evžen Tošenovský, Claudio Morganti, Andrew Henry William Brons, Amalia Sartori, George Sabin Cutaș, Niccolò Rinaldi, Jaroslav Paška, Franz Obermayr, Paul Rübig, Krišjānis Kariņš u Seán Kelly.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Andreas Schwab, Małgorzata Handzlik, Elena Băsescu, Petru Constantin Luhan, Kay Swinburne u Ildikó Gáll-Pelcz.

Tkellem Michel Barnier.

Id-dibattitu ngħalaq.

16.   Diskorsi ta’ minuta dwar kwistjonijiet ta’ importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta’ importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 150 tar-Regoli ta’ Proċedura:

Eduard Kukan, Vilija Blinkevičiūtė, Izaskun Bilbao Barandica, Kay Swinburne, Rui Tavares, Kyriacos Triantaphyllides, Claudio Morganti, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, George Sabin Cutaș, Pat the Cope Gallagher, Tatjana Ždanoka, Bairbre de Brún u András Gyürk.

PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI

Viċi President

Vasilica Viorica Dăncilă, Jarosław Kalinowski, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Daciana Octavia Sârbu, Richard Howitt, Georgios Toussas, Ilda Figueiredo, Seán Kelly, Cristian Dan Preda, Corina Crețu, Cătălin Sorin Ivan, Eider Gardiazábal Rubial, Luís Paulo Alves, Corneliu Vadim Tudor u Rodi Kratsa-Tsagaropoulou.

17.   Il-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea [2010/2273(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Traian Ungureanu (A7-0258/2011)

Traian Ungureanu għamel il-preżentazzjoni.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Iliana Ivanova, Vilija Blinkevičiūtė, Emilie Turunen, Andrea Češková u Ilda Figueiredo.

Tkellem László Andor (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 8_11 tal-Minuti tal-25 ta’ Ottubru 2011.

18.   Proċess ta’ Evalwazzjoni Reċiproka tad-Direttiva tas-Servizzi (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-Proċess ta’ Evalwazzjoni Reċiproka tad-Direttiva tas-Servizzi [2011/2085(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Małgorzata Handzlik (A7-0324/2011)

Małgorzata Handzlik għamlet il-preżentazzjoni.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Elena Băsescu, Petru Constantin Luhan, Katarína Neveďalová, Monika Flašíková Beňová, María Irigoyen Pérez u Ilda Figueiredo.

Tkellem László Andor (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 8_12 tal-Minuti tal-25 ta’ Ottubru 2011.

19.   Soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fi kwistjonijiet ċivili, kummerċjali u familjari (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fi kwistjonijiet ċivili, kummerċjali u familjari [2011/2117(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Diana Wallis (A7-0343/2011)

Diana Wallis għamlet il-preżentazzjoni.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Alajos Mészáros, Zuzana Roithová, Elena Băsescu, Silvia Costa, Monika Flašíková Beňová, Anna Záborská u Jaroslav Paška.

Tkellmet Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 8_5 tal-Minuti tal-25 ta’ Ottubru 2011.

20.   Governanza Ekonomika Globali (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-Governanza Ekonomika Globali [2011/2011(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Gunnar Hökmark (A7-0323/2011)

Gunnar Hökmark għamel il-preżentazzjoni.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Seán Kelly, Elena Băsescu, Ildikó Gáll-Pelcz, Monika Flašíková Beňová, Edward Scicluna, João Ferreira u Jaroslav Paška.

Tkellem Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 8_13 tal-Minuti tal-25 ta’ Ottubru 2011.

21.   Is-sitwazzjoni tal-ommijiet li jrabbu t-tfal waħedhom (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar is-sitwazzjoni tal-ommijiet waħedhom [2011/2049(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Barbara Matera (A7-0317/2011)

Barbara Matera għamlet il-preżentazzjoni.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Edit Bauer, Anna Záborská, Zuzana Roithová, Silvia Costa, Monika Flašíková Beňová, Katarína Neveďalová, Andrea Češková u Danuta Jazłowiecka.

Tkellmet Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 8_14 tal-Minuti tal-25 ta’ Ottubru 2011.

22.   Il-kriminalità organizzata fl-Unjoni Ewropea (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-kriminalità organizzata fl-Unjoni Ewropea [2010/2309(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sonia Alfano (A7-0333/2011)

Sonia Alfano għamlet il-preżentazzjoni.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Salvatore Iacolino, Anna Záborská, Silvia Costa, Monika Flašíková Beňová, Jan Philipp Albrecht u Jaroslav Paška.

Tkellmet Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 8_15 tal-Minuti tal-25 ta’ Ottubru 2011.

23.   Ir-4 Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar ir-4 Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna [2011/2145(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Cristian Dan Preda (A7-0313/2011)

Cristian Dan Preda għamel il-preżentazzjoni.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Anna Záborská, Elena Băsescu u Ricardo Cortés Lastra.

Tkellem Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 8_16 tal-Minuti tal-25 ta’ Ottubru 2011.

24.   L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument “Aġenda” PE 473.262/OJMA).

25.   Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.35.

Klaus Welle

Segretarju Ġenerali

Jerzy Buzek

President


It-Tnejn 24 ta’ Ottubru 2011
REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Iffirmaw:

Áder, Agnew, Albrecht, Alfano, Alvaro, Alves, Andreasen, Andrés Barea, Angelilli, Antonescu, Antoniozzi, Arias Echeverría, Arif, Arlacchi, Arsenis, Ashworth, Atkins, Attard-Montalto, Auconie, Audy, Auken, Ayala Sender, Aylward, Ayuso, van Baalen, Bach, Badia i Cutchet, Bagó, Balčytis, Baldassarre, Balz, Bartolozzi, Băsescu, Bastos, Bauer, Bearder, Becker, Belder, Bélier, Benarab-Attou, Bendtsen, Bennahmias, Berès, Berlinguer, Berman, Besset, Bielan, Bilbao Barandica, Binev, Bisky, Blinkevičiūtė, Bodu, Böge, Bokros, Borghezio, Borsellino, Borys, Boștinaru, Boulland, Bowles, Bozkurt, Bradbourn, Brantner, Brepoels, Březina, Brons, Brzobohatá, Bullmann, Bușoi, Busuttil, Bütikofer, Buzek, Cadec, Callanan, van de Camp, Cancian, Canfin, Capoulas Santos, Caronna, Carvalho, Cashman, Casini, Caspary, Castex, del Castillo Vera, Cavada, Cercas, Češková, Chatzimarkakis, Chichester, Childers, Chountis, Christensen, Claeys, Coelho, Cofferati, Corazza Bildt, Correia De Campos, Cortés Lastra, Silvia Costa, Cozzolino, Cramer, Crețu, Cronberg, Cutaș, Czarnecki, van Dalen, Dăncilă, Danellis, Danjean, Dantin, Daul, David, De Backer, de Brún, De Castro, De Keyser, Delli, Delvaux, De Mita, De Rossa, De Sarnez, Désir, Deß, Deutsch, Deva, De Veyrac, Díaz de Mera García Consuegra, Dodds, Domenici, Donskis, Dorfmann, Droutsas, Duff, Durant, Dušek, Ehler, Ehrenhauser, Eickhout, Elles, Enciu, Engel, Engström, Ernst, Ertug, Essayah, Estaràs Ferragut, Estrela, Evans, Fajon, Falbr, Färm, Feio, Ferber, João Ferreira, Fidanza, Figueiredo, Flašíková Beňová, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Ford, Foster, Fox, Fraga Estévez, Franco, Gál, Gallagher, Gallo, Gáll-Pelcz, García-Margallo y Marfil, Gardiazábal Rubial, Gardini, Gargani, Garriga Polledo, Gauzès, Gebhardt, Geier, Gerbrandy, Geringer de Oedenberg, Giannakou, Giegold, Gierek, Girling, Glante, Glattfelder, Godmanis, Goebbels, Gollnisch, Gomes, Göncz, Goulard, de Grandes Pascual, Gräßle, Grech, Grelier, Griesbeck, Griffin, Gróbarczyk, Groote, Grosch, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Gurmai, Gustafsson, Gutiérrez-Cortines, Gyürk, Haglund, Händel, Handzlik, Hankiss, Harbour, Hartong, Haug, Häusling, Helmer, Hénin, Herczog, Herranz García, Hibner, Higgins, Nadja Hirsch, Hoang Ngoc, Hohlmeier, Hökmark, Honeyball, Hortefeux, Howitt, Danuta Maria Hübner, Hudghton, Hughes, Hyusmenova, Iacolino, Ibrisagic, Imbrasas, Iotova, Iovine, Irigoyen Pérez, Itälä, Iturgaiz Angulo, Ivan, Ivanova, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jahr, Járóka, Jazłowiecka, Jędrzejewska, Jeggle, Jensen, Jiménez-Becerril Barrio, Johansson, Jordan Cizelj, Junqueras Vies, Juvin, Kacin, Kaczmarek, Kadenbach, Kalinowski, Kamall, Kamiński, Kammerevert, Karas, Karim, Kariņš, Kasoulides, Kastler, Kazak, Kelam, Keller, Kelly, Kiil-Nielsen, Kirilov, Kirkhope, Klaß, Klinz, Klute, Koch, Koch-Mehrin, Kohlíček, Kolarska-Bobińska, Koppa, Korhola, Kósa, Köstinger, Koumoutsakos, Béla Kovács, Kovatchev, Kowal, Kozlík, Kozłowski, Kožušník, Krahmer, Kratsa-Tsagaropoulou, Krehl, Kreissl-Dörfler, Kuhn, Kukan, Lamassoure, Lambert, Lambsdorff, Landsbergis, Lange, Langen, La Via, Le Brun, Lechner, Le Foll, Le Grip, Legutko, Lehne, Le Hyaric, Leichtfried, Leinen, Lepage, Jean-Marie Le Pen, Liberadzki, Lichtenberger, Liese, Liotard, Lisek, Lochbihler, Løkkegaard, Lope Fontagné, López Aguilar, López-Istúriz White, Lösing, Lövin, Ludford, Ludvigsson, Luhan, Łukacijewska, Lulling, Lunacek, Lyon, McAvan, McClarkin, McGuinness, McMillan-Scott, Macovei, Madlener, Manders, Mănescu, Mann, Manner, Marcinkiewicz, Marinescu, David Martin, Hans-Peter Martin, Martínez Martínez, Masip Hidalgo, Maštálka, Mastella, Matera, Mathieu, Matias, Mato Adrover, Matula, Mauro, Mavronikolas, Mayer, Mayor Oreja, Mazzoni, Meissner, Melo, Méndez de Vigo, Merkies, Messerschmidt, Mészáros, Louis Michel, Migalski, Milana, Millán Mon, Mirsky, Mölzer, Moraes, Moreira, Morganti, Morin-Chartier, Morkūnaitė-Mikulėnienė, Mulder, Muñiz De Urquiza, Nattrass, Nedelcheva, Neuser, Neveďalová, Neynsky, Nicholson, Niebler, Nitras, Obermayr, Obiols, Ojuland, Olbrycht, Olejniczak, Oomen-Ruijten, Őry, Ouzký, Oviir, Pack, Padar, Paksas, Paleckis, Paliadeli, Panayotov, Papadopoulou, Papanikolaou, Papastamkos, Pargneaux, Parvanova, Pașcu, Paška, Patrão Neves, Paulsen, Peillon, Perello Rodriguez, Peterle, Pieper, Pietikäinen, Piotrowski, Pirillo, Pirker, Pittella, Plumb, Poc, Podimata, Ponga, Poręba, Posselt, Pöttering, Poupakis, Preda, Prendergast, Protasiewicz, Proust, Provera, Quisthoudt-Rowohl, Rangel, Ransdorf, Rapkay, Rapti, Regner, Reimers, Remek, Repo, Reul, Riera Madurell, Ries, Rinaldi, Rochefort, Rodust, Rohde, Roithová, Romero López, Romeva i Rueda, Ronzulli, Rosbach, Rossi, Roth-Behrendt, Rouček, Rübig, Rubiks, Rühle, Saïfi, Salatto, Salavrakos, Salvini, Sánchez Presedo, Sârbu, Sargentini, Sartori, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Savisaar-Toomast, Schaake, Schaldemose, Olle Schmidt, Schnellhardt, Schnieber-Jastram, Scholz, Schöpflin, Schroedter, Werner Schulz, Schwab, Scicluna, Scottà, Scurria, Seeber, Sehnalová, Senyszyn, Serracchiani, Severin, Siekierski, Silvestris, Simon, Simpson, Sippel, Siwiec, Skrzydlewska, Skylakakis, Smith, Smolková, Sógor, Sommer, Søndergaard, Sonik, Sosa Wagner, Speroni, Staes, Stassen, Šťastný, Stavrakakis, Steinruck, Stevenson, Stolojan, Dimitar Stoyanov, Strejček, Striffler, Sturdy, Surján, Susta, Svensson, Swinburne, Swoboda, Szájer, Szegedi, Takkula, Tănăsescu, Tannock, Tarabella, Tarand, Tatarella, Tavares, Taylor, Teixeira, Thein, Theocharous, Theurer, Thomsen, Thun und Hohenstein, Thyssen, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tošenovský, Toussas, Trautmann, Tremopoulos, Tremosa i Balcells, Triantaphyllides, Trüpel, Trzaskowski, Tsoukalas, Turunen, Tzavela, Uggias, Ulmer, Ulvskog, Ungureanu, Urutchev, Uspaskich, Vadim Tudor, Vajgl, Vălean, Van Brempt, Vanhecke, Van Orden, Vaughan, Vergnaud, Verheyen, Vidal-Quadras, de Villiers, Vlasák, Vlasto, Voss, Wallis, Watson, Henri Weber, Manfred Weber, Renate Weber, Weiler, Werthmann, Westlund, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Wils, Hermann Winkler, Iuliu Winkler, Wojciechowski, Yáñez-Barnuevo García, Yannakoudakis, Záborská, Zala, Zalba Bidegain, Zalewski, Zanicchi, Zanoni, Zasada, Ždanoka, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zimmer, Zver, Zwiefka