11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/s3


AVVIŻ

Fil-11 ta’ Frar 2012, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 38 A, se jiġi ppubblikat il-“Katalgu Komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli – l-ewwel suppliment tat-30 edizzjoni kompluta”.

L-abbonati tal-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jiksbu l-istess numru ta’ kopji u verżjonijiet lingwistiċi ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali bħal dawk li jiksbu mingħajr ħlas. L-abbonati huma mitluba jirritornaw il-formola mehmuża hawnhekk, mimlija u bin-numru sħiħ tal-abbonament tagħhom (il-kodiċi jidher fuq ix-xellug ta’ kull tikketta u jibda: O/…). Dan il-Ġurnal Uffiċjali se jibqa’ disponibbli mingħajr ħlas għal sena mid-data ta’ meta jiġi ppubblikat.

Non-abbonati jistgħu jordnaw dan il-Ġurnal Uffiċjali bi ħlas f’wieħed mill-uffiċini tal-bejgħ tagħna (ara http://publications.europa.eu/others/agents/index_mt.htm).

Dan il-Ġurnal Uffiċjali – bħall-Ġurnali Uffiċjali kollha (L, C, CA, CE) – jista’ jiġi kkonsultat mingħajr ħlas online fuq http://eur-lex.europa.eu

Image