2.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 29/11


Sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2012 tas-Seba’ Programm Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

2012/C 29/08

Qiegħed jingħata b’dan avviż dwar it-tnedija ta’ sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2012 tas-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (2007 sa 2013).

Qed issir stedina għal proposti għas-sejħa li ġejja. L-iskadenzi tas-sejħa u l-baġit huma mogħtija fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq is-sit elettroniku Portal tal-Parteċipanti.

Programm ta’ Ħidma Ideat

Titlu tas-Sejħa

The ERC Proof of Concept Grant (L-Għotja tal-ERC dwar il-Prova ta’ kunċett)

Identifikatur tas-Sejħa

ERC-2012-PoC

Din is-sejħa għal proposti hija relatata mal-programm ta’ ħidma adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4961 tad-19 ta’ Lulju 2011.

Informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-programm ta’ ħidma u l-gwida għall-applikanti dwar kif jiġu sottomessi l-proposti hija disponibbli permezz tal-websajt rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/appmanager/participants/portal