18.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/9


Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni

2012/C 15/07

B'dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta' sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013).

Qed jintlaqgħu proposti għas-sejħa fil-Programm Speċifiku ta' Kooperazzjoni: It-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni: FP7-ICT-2011-9.

Id-dokumentazzjoni tas-sejħa li tinklud d-dati tal-għeluq tas-sejħa u l-baġit jidhru fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq is-sit http://ec.europa.eu/research/participants/portal/page/cooperation#ict