17.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/4


Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 104b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 370/07

Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħa tagħha tas-27 ta’ Settembru 2011, għażlet, għall-perijodu li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2012, it-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, tkun inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 104b ta’ dawn ir-regoli.