7.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6421 – Daimler/Europcar/car2go Europe JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 357/05

1.

Fil-25 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Europcar Groupe SA (“Europcar”, Franza), proprjetà ta' Eurazeo SA, (Franza) u car2go GmbH (“car2go”, il-Ġermanja), sussidjarja ta’ Daimler AG (“Daimler”, il-Ġermanja), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' car2go Europe GmbH (“car2go Europe”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Europcar: servizzi ta’ kiri tal-karozzi fi stati membri differenti taż-ŻEE, kif ukoll madwar id-dinja. Europcar tappartjeni lil Eurazeo, kumpanija ta’ investiment elenkata Franċiża li tinvesti f’kumpaniji attivi f’diversi setturi bħal ma huma lukandi, servizzi ta’ kiri ta’ tessuti jew inkella l-proprjetà immobbli,

għal car2go: stabbilita biex twettaq proġett pilota fis-suq tal-kiri tal-karozzi għal żmien qasir u biex wara dan tkun responsabbli biex tibda n-negozju f’dan il-qasam madwar id-dinja għal Daimler. Daimler tipproduċi vetturi tat-triq u vetturi kummerċjali madwar id-dinja,

għal car2go Europe: servizzi għal żmien qasir ta' kiri tal-karozzi f’diversi bliet u żoni metropolitani fi ħdan iż-ŻEE.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6421 – Daimler/Europcar/car2go Europe JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).