26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6362 – CIN/Tirrenia Business Branch)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 346/12

1.

Fis-21 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Compagnia Italiana di Navigazione S.r.l. (l-Italja), kumpanija li għadha kemm ġiet inkorporata u li nħolqot minn Marinvest S.r.l. (“Marinvest”, l-Italja), Grimaldi Compagnia di Navigazione SpA (“Grimaldi”, l-Italja) u Onorato Partecipazioni S.r.l. (“Onorato”, l-Italja), takkwista, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll ta' parti mill-intrapriża Tirrenia di Navigazione, attwalment f’idejn riċevitur (“Tirrenia”, l-Italja), li tamministra r-rotot tal-baħar koperti minn obbligu ta' servizz pubbliku mal-Istat Taljan.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Marinvest: kumpanija holding ta' grupp ta' impriżi attivi fit-trasport bil-baħar ta' passiġġieri u merkanzija. Hija tikkontrolla lil MSC Crociere SpA (l-Italja) u SNAV SpA (l-Italja) u, flimkien ma' Investitori Associati SGR SpA (l-Italja), tikkontrolla b'mod konġunt lil Grandi Navi Veloci SpA (l-Italja),

għal Grimaldi: kumpanija tat-tbaħħir attiva fuq ir-rotot Atlantiċi (bejn l-Atlantiku tat-Tramuntana tal-Ewropa, l-Afrika tal-Lvant u l-Amerika t’Isfel, bejn l-Amerika t’Isfel u l-Afrika tal-Punent, kif ukoll bejn l-Amerika ta' Fuq u l-Afrika tal-Punent),

għal Onorato: kumpanija holding li l-attività prinċipali tagħha huwa l-akkwist ta' interessi fl-ishma ta' impriżi bl-iskop ta' investiment stabbli. Onorato teżerċita kontroll konġunt, flimkien ma' Clessidra SGR SpA (l-Italja), il-kumpanija li tiġġestixxi l-Fond Clessidra Capital Partners (l-Italja), fuq Moby SpA (l-Italja), kumpanija attiva prinċipalment fl-Italja fit-trasport bil-baħar tal-passiġġieri u tal-merkanzija,

Tirrenia: Kumpanija attiva fit-trasport bil-baħar ta' passiġġieri u merkanzija, li storikament tamministra r-Rotot tal-Baħar koperti minn obbligu ta' servizz pubbliku. Tirrenia bħalissa hija proprjetà tal-Istat Taljan permezz ta' Fintecna SpA (l-Italja).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6362 – CIN/Tirrenia Business Branch, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).