24.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6440 – Evonik Immobilien/THS/Herkules Projektgesellschaft)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 344/11

1.

Fis-16 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Evonik Immobilien GmbH (“Evonik Immobilien”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Evonik Industries AG (“Evonik”, il-Ġermanja), u THS GmbH (“THS”, il-Ġermanja), ikkontrollati konġuntament minn Evonik Immobilien und Vermögensverwaltungs- und Treuhandgesellschaft Industriegewerkschaft Bergbau und Energie mbH, takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Herkules Projektgesellschaft mbH (“HPG”, il-Ġermanja) fil-forma estiża l-ġdida tagħha.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

għal Evonik Immobilien: l-appartenenza, il-ġestjoni u l-kiri ta’ proprjetà immobbli residenzjali; il-provvista ta’ servizzi ta’ proprjetà immobbli,

—

għal THS: l-appartenenza, il-ġestjoni u l-kiri ta’ proprjetà immobbli residenzjali; il-provvista ta’ servizzi ta’ proprjetà immobbli,

—

għal HPG: il-ġestjoni u l-kiri ta’ proprjetà immobbli residenzjali, ikkuntrattar tal-pajżaġġ, l-immodernizzar u ż-żamma ta’ proprjetajiet residenzjali u kummerċjali, l-arloġġi tat-tisħin u tal-ilma, u teknoloġiji tal-komunikazzjoni bil-broadband u bis-satellita.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6440 – Evonik Immobilien/THS/Herkules Projektgesellschaft, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).