|
22.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 341/6 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6321 – Buitenfood/Ad van Geloven Holding/JV)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 341/07
|
1. |
Fis-16 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi NPM Capital N.V. (“NPM”, il-Pajjiżi l-Baxxi), proprjetà sussidjarja ta' SHV Holdings N.V. (“SHV”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Lion Capital LLP (“Lion”, ir-Renju Unit) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt tal-impriża konġunta ġdida (“il-JV”, il-Pajjiżi l-Baxxi) li tikkontrolla Buitenfood B.V. (“Buitenfood”, il-Pajjiżi l-Baxxi), li qabel kienet proprjetà ta' NPM, u Ad van Geloven Holding B.V. (“AvG”, il-Pajjiżi l-Baxxi), li qabel kienet proprjetà ta' Lion, permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6321 – Buitenfood/Ad van Geloven Holding/JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).