|
12.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/11 |
Sejħa għal proposti – Programm Konġunt Armonizzat tal-Unjoni Ewropea ta' Stħarriġiet fl-Impriżi u l-Konsumaturi
2011/C 330/08
1. KUNTEST
Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tniedi sejħa għal proposti (ref. ECFIN/A4/2011/014) biex isir stħarriġ bħala parti mill-Programm Konġunt Armonizzat tal-UE ta' Stħarriġiet fl-Impriżi u l-Konsumaturi (approvat mill-Kummissjoni fit-12 ta' Lulju 2006 COM(2006) 379) fl-Istati Membri tal-UE li ġejjin: Il-Lussemburgu, Malta, l-Isvezja u kif ukoll fil-pajjiżi kandidati: l-Islanda u l-Montenegro. Din il-kooperazzjoni għandha tieħu l-forma ta' ftehim qafas ta' sħubija bejn il-Kummissjoni u l-korpi speċjalizzati fuq perjodu ta' tliet snin.
Il-programm huwa mfassal sabiex jiġbor informazzjoni dwar il-qagħda tal-ekonomiji fl-Istati Membri tal-UE u fil-pajjiżi kandidati, bl-għan li jkun jista' jsir tqabbil taċ-ċikli tan-negozju tagħhom għall-iskopijiet ta' ġestjoni tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM). Dan sar għodda indispensabbli fil-proċess ta' sorveljanza ekonomika tal-UEM, kif ukoll għal skopijiet ġenerali ta' politika ekonomika.
2. GĦAN U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-AZZJONI
2.1. Għanijiet
Il-Programm Konġunt Armonizzat tal-UE jinvolvi korpi/istituzzjonijiet li jwettqu stħarriġiet tal-opinjoni fuq bażi ta' finanzjament konġunt. Il-Kummissjoni bħalissa qed tfittex li tikkonkludi ftehimiet ma' korpi u istituzzjonijiet li jkunu kkwalifikati kif jixraq biex għat-tliet snin li ġejjin iwettqu wieħed jew aktar mill-istħarriġiet li ġejjin:
|
— |
Stħarriġ dwar l-investiment fl-Islanda, il-Montenegro u l-Isvezja |
|
— |
Stħarriġ dwar il-kostruzzjoni fl-Islanda u l-Montenegro |
|
— |
Stħarriġ dwar il-kummerċ bl-imnut fl-Islanda, il-Lussemburgu u l-Montenegro |
|
— |
Stħarriġ dwar is-servizzi fl-Islanda u l-Montenegro |
|
— |
Stħarriġ dwar l-industrija fl-Islanda, il-Lussemburgu, Malta u l-Montenegro |
|
— |
Stħarriġ dwar il-konsumaturi |
|
— |
Stħarriġiet ad hoc dwar suġġetti ekonomiċi attwali. Dawn l-istħarriġiet ad hoc huma mid-definizzjoni tagħhom stess aktar okkażjonali u jitwettqu flimkien mal-istħarriġiet li jsiru kull xahar, bl-użu tal-istess kampjuni stabbiliti bħall-istħarriġ li jsir kull xahar, sabiex jinkiseb tagħrif dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika ekonomika. |
L-istħarriġiet huma mmirati lejn il-maniġers fis-settur tal-industrija, l-investiment, il-kostruzzjoni, il-kummerċ bl-imnut u s-servizzi kif ukoll il-konsumaturi.
2.2. Speċifikazzjonijiet tekniċi
2.2.1. Kalendarju tal-istħarriġ u rappurtar tar-riżultati
It-tabella li ġejja tagħti ħarsa ġenerali tal-isħarriġiet mitluba fil-kuntest ta' din is-sejħa għal proposti:
|
Isem l-istħarriġ |
Numru ta’ attivitajiet/kategoriji tad-daqs |
Numru ta’ aggregati |
Numri ta’ mistoqsijiet kull xahar |
Numru ta’ mistoqsijiet kull trimestru |
|
Industrija |
68/— |
8 |
7 |
9 |
|
Investiment |
6/6 |
2 |
2 mistoqsijiet f’Marzu/April 4 mistoqsijiet f’Ottubru/Novembru |
|
|
Kostruzzjoni |
3/— |
1 |
5 |
1 |
|
Kummerċ bl-imnut |
5/ |
3 |
6 |
— |
|
Servizzi |
37/— |
1 |
6 |
2 |
|
Konsumatur |
22 analiżi |
2 |
14 |
3 |
|
— |
L-istħarriġiet ta' kull xahar għandhom isiru fl-ewwel ġimagħtejn ta' kull xahar u r-riżultati għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-e-mail mill-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel l-aħħar tax-xahar skont il-kalendarju li se jkun inkluż fil-ftehim tal-għotja; ir-riżultati ġeneralment jiġu ppubblikati fil-jum ta' qabel l-aħħar jum tax-xogħol tax-xahar. Id-data ta' għeluq għat-twassil tar-riżultati tal-istħarriġ dwar il-konsumaturi hija sebat ijiem tax-xogħol qabel l-aħħar tax-xahar skont il-kalendarju li se jkun inkluż fil-ftehim tal-għotja. |
|
— |
L-istħarriġiet trimestrali għandhom isiru fl-ewwel ġimagħtejn tal-ewwel xahar ta' kull trimestru (Jannar, April, Lulju u Ottubru) u r-riżultati għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-e-mail mill-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel l-aħħar ta' Jannar, April, Lulju u Ottubru rispettivament u skont il-kalendarju li se jkun inkluż fil-ftehim tal-għotja. |
|
— |
L-istħarriġiet ta’ kull sitt xhur dwar l-investiment għandhom jitwettqu f’Marzu/April u f’Ottubru/Novembru u r-riżultati għandhom jintbagħtu permezz ta' email lill-Kummissjoni mill-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel tmiem April u Novembru, rispettivament, u skont il-kalendarju li se jiġi inkluż fil-ftehim ta’ għotja. |
|
— |
Fil-każ tal-istħarriġiet ad hoc, il-benefiċjarju għandu jintrabat li jikkonforma ruħu mal-kalendarji stabbiliti għalihom. |
Deskrizzjoni dettaljata tal-azzjoni (l-Anness I tal-ftehim speċifiku ta' għotja) tista' titniżżel mill-indirizz tal-Internet li ġej:
http://ec.europa.eu/economy_finance/procurement_grants/grants/proposals/index_en.htm
2.2.2. Metodoloġija u kwestjonarji
Dettalji dwar il-metodoloġija, il-kwestjonarji u l-linji gwida internazzjonali dwar it-tmexxija tal-impriżi jinsabu fil-gwida għall-utent dwar il-Programm Konġunt Armonizzat tal-Unjoni Ewropea ta' Stħarriġiet fl-Impriżi u l-Konsumaturi fl-indirizz tal-websajt li ġej:
http://ec.europa.eu/economy_finance/db_indicators/surveys/documents/userguide_en.pdf
3. DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI U TUL TA' ŻMIEN
3.1. Dispożizzjonijiet amministrattivi
Il-Kummissjoni tixtieq tistabbilixxi kooperazzjoni fit-tul mal-applikanti magħżula. Għal dan il-għan, se jkun konkluż ftehim qafas ta' sħubija bejn il-partijiet. Fl-ambitu ta' dan il-ftehim qafas ta' sħubija, li se jispeċifika l-għanijiet komuni u n-natura tal-azzjonijiet ippjanati, jistgħu jkunu konklużi ftehimiet ta' għotja annwali speċifiċi bejn il-partijiet. L-azzjoni tkopri l-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' April.
3.2. Tul ta' żmien
Il-korp jew l-istitut għandu jintgħażel għal perjodu massimu ta' tliet snin. Jistgħu jiġu konklużi tliet ftehimiet speċifiċi annwali ta' għotja. L-ewwel wieħed mill-ftehimiet speċifiċi tal-għotja se jikkonċerna l-perjodu mill-1 ta' Mejju 2012 sat-30 ta' April 2013.
4. QAFAS FINANZJARJU
4.1. Sorsi ta' finanzjament tal-Unjoni
L-operazzjonijiet magħżula se jkunu ffinanzjati mil-linja tal-baġit 01.02.02 – Il-koordinament u s-sorveljanza tal-unjoni ekonomika u monetarja.
4.2. Total stmat tal-baġit tal-Unjoni għal din is-sejħa
|
— |
Il-baġit annwali totali disponibbli għall-perjodu Mejju 2012-April 2013 għal dawn l-istħarriġiet huwa ta' madwar EUR 175 000 (mija u ħamsa u sebgħin elf). |
|
— |
L-ammonti għas-sentejn ta' wara jistgħu jiżdiedu, bla ħsara għall-mezzi finanzjarji disponibbli, b'madwar 2 % kull sena. |
4.3. Perċentwali tal-kofinanzjament tal-Unjoni
Sehem il-Kummissjoni fil-finanzjament konġunt ma jistax jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli sostnuti mill-benefiċjarju għal kull stħarriġ. Il-Kummissjoni tiddetermina l-perċentwal tal-kofinanzjament fuq bażi individwali.
4.4. Finanzjament tal-azzjoni mill-benefiċjarju u l-ispejjeż sostnuti
Il-benefiċjarju għandu jintalab jibgħat baġit dettaljat f'euro għall-ewwel sena, li jkun fih stima tal-ispejjeż u tal-finanzjament tal-azzjoni. Se jiġi pprovdut baġit dettaljat, rispettivament, għas-snin ta' wara fl-ambitu tal-ftehim qafas ta' sħubija skont sejħa mill-Kummissjoni.
L-ammont tal-għotja tal-baġit mitlub mill-Kummissjoni għandu jkun imqarreb sal-eqreb gћaxra. Jekk jitħalla barra, se jitqarreb għall-eqreb ċifra mill-Kummissjoni. Il-baġit għandu jiddaħħal fil-ftehim speċifiku tal-għotja bħala anness. Sussegwentement, il-Kummissjoni tista' tuża dawn iċ-ċifri għal finijiet ta' verifika.
L-ispejjeż eliġibbli jistgħu jiġu sostnuti biss wara li jsir l-iffirmar tal-ftehim speċifiku tal-għotja mill-partijiet kollha, ħlief f'każi eċċezzjonali u, taħt l-ebda ċirkostanza, qabel ma tkun intbagħtet l-applikazzjoni għal għotja. Kontributi f'oġġetti mhumiex meqjusa bħala spejjeż eliġibbli.
4.5. Arranġamenti għall-ħlas
Fi żmien 45 jum mid-data meta l-aħħar wieħed miż-żewġ partijiet jiffirma l-ftehim speċifiku, għandu jsir ħlas ta' prefinanzjament lill-imsieħeb, li jirrappreżenta 40 % tal-ammont massimu tal-għotja speċifikata fl-Artikolu 3 tal-ftehim speċifiku tal-għotja.
It-talba għall-ħlas tal-bilanċ għandha tiġi ppreżentata fi żmien xahrejn wara d-data tal-għeluq tal-azzjoni (ara d-dettalji sħaħ fl-Artikoli 5 u 6 tal-ftehim speċifiku tal-għotja).
Jiġu meqjusa bħala spejjeż eliġibbli dawk l-ispejjeż biss li jkunu rintraċċabbli u identifikabbli fis-sistema ta' kontabilità tal-ispiża tal-benefiċjarju.
4.6. Subkuntrattar
|
— |
Meta fi proposta l-ammont tas-servizzi mwettqa minn subkuntrattur ikun daqs jew iktar minn 50 % tax-xogħol, is-subkuntrattur għandu jipprovdi d-dokumenti kollha meħtieġa għall-valutazzjoni b'mod integrali tal-proposta tal-applikant fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni, tal-għażla u ta' aġġudikazzjoni (ara l-punti 5, 6 u 7 hawn taħt). Dan jimplika li s-subkuntrattur irid jipprovdi evidenza li hu jissodisfa l-kriterji ta' esklużjoni, u li l-kapaċità kkombinata tas-subkuntrattur u l-applikant se titqies fir-rigward tal-kriterji ta' għażla u għotja. |
|
— |
L-applikant għall-għotja għandu jaġġudika l-kuntratti lil dawk li jitfgħu offerti li jkunu ppreżentaw l-offerta li toffri l-aħjar proporzjon bejn prezz u kwalità, waqt li joqgħod attent li ma jkunx hemm kunflitt ta' interessi. Fil-każ li s-subkuntrattar jaqbeż l-ammont ta' EUR 60 000, l-applikant ikun irid jiddokumenta, ladarba jintgħażel, li s-subkuntrattur intgħażel fuq il-bażi tal-aħjar proporzjon bejn prezz u kwalità. |
4.7. Proposti konġunti
Fil-każijiet kollha ta' proposti konġunti, il-kompiti u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-membri kollha li jieħdu sehem fil-proposta għandhom jiġu identifikati sew. Il-membri kollha għandhom jipprovdu d-dokumenti kollha meħtieġa għall-valutazzjoni b'mod integrali tal-proposta fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni, ta' għażla u ta' aġġudikazzjoni (ara l-punti 5, 6 u 7 hawn taħt) relatati magħhom.
Wieħed mill-membri parteċipanti għandu jassumi r-rwol ta' koordinatur u għandu:
|
— |
jassumi r-responsabbiltà ġenerali tas-sħubija fir-rigward tal-Kummissjoni; |
|
— |
jissorvelja l-attivitajiet tal-membri parteċipanti l-oħra; |
|
— |
jiżgura l-koerenza globali u s-sottomissjoni fil-ħin tar-riżultati tal-istħarriġ; |
|
— |
jiċċentralizza l-firma tal-kuntratt u jagħti lill-Kummissjoni l-kuntratt iffirmat kif suppost mill-parteċipanti kollha (anki permezz ta' prokura); |
|
— |
jiċċentralizza l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Kummissjoni u jqassam il-pagamenti lill-parteċipanti; |
|
— |
jiġbor id-dokumenti ta' sostenn tan-nefqa sostnuta minn kull parteċipant u jippreżentahom f'sottomissjoni waħda. |
5. KRITERJI TA' ELIĠIBBILTÀ U ESKLUŻJONI
5.1. Status ġuridiku tal-applikanti
Is-sejħa għal proposti hija miftuħa għall-korpi u istituzzjonijiet (entitajiet ġuridiċi) bi status ġuridiku f'wieħed mill-Istati Membri tal-UE jew il-pajjiżi kandidati. L-applikanti għandhom juru li huma jeżistu bħala entità ġuridika u jipprovdu d-dokumentazzjoni meħtieġa permezz tal-formola standard ta' entità ġuridika.
5.2. Raġunijiet għall-esklużjoni
Applikazzjonijiet għal għotja minn applikanti li jinsabu f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin ma jiġux ikkunsidrati (1):
|
(a) |
huma falluti jew qed jiġu stralċjati, għandhom l-attivitajiet tagħhom amministrati mill-qrati, daħlu f'arranġament mal-kredituri, issospendew l-attivitajiet tan-negozju tagħhom, huma s-suġġett ta' proċeduri dwar dawn l-affarijiet, jew jinsabu f'xi sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili pprovduta fil-leġiżlazzjoni jew regolamenti nazzjonali; |
|
(b) |
ġew misjuba ħatja ta' reat li jikkonċerna l-kondotta professjonali tagħhom b'sentenza li hija res judicata; |
|
(c) |
kienu ħatja ta' kondotta professjonali ħażina serja ppruvata bi kwalunkwe mezz li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiġġustifikaw; |
|
(d) |
ma ssodisfawx l-obbligi li jirrigwardaw il-pagament ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-pagament ta' taxxi skont id-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-pajjiż li fih huma stabbiliti jew ta' dawk tal-pajjiż tal-awtorità kontraenti jew ta' dawk tal-pajjiż fejn il-kuntratt għandu jiġi eżegwit; |
|
(e) |
kienu s-suġġett ta' sentenza li għandha s-saħħa ta' res judicata għal frodi, korruzzjoni, involviment f'organizzazzjoni kriminali, jew kwalunkwe attività illegali oħra li hi ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
|
(f) |
wara proċedura oħra ta' akkwist jew ta' aġġudikazzjoni ta' għotja koperti mill-baġit tal-Unjoni, ġew iddikjarati li kienu qed jonqsu serjament milli josservaw l-obbligi tagħhom; |
|
(g) |
huma suġġetti għal kunflitt ta' interess; |
|
(h) |
huma ħatja ta' miżrappreżentazzjoni meta jagħtu l-informazzjoni mitluba jew jonqsu milli jagħtu din l-informazzjoni. |
Mal-eliġibbiltà l-applikanti għandhom jiċċertifikaw li mhumiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati taħt il-punti 5.2., permezz tal-formola ta' dikjarazzjoni standard tal-unur, (fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni).
5.3. Attivitajiet illegali li jwasslu għal esklużjoni
Il-każijiet imsemmija fil-punt 5.2(e) iridu jkunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
każijiet ta' frodi msemmija fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 (2); |
|
(b) |
każijiet ta' korruzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewoprej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1997 (3); |
|
(c) |
każijiet ta' involviment f'organizzazzjoni kriminali, kif definita fl-Artikolu 2(1) tal-Azzjoni Konġunta 98/733/ĠAI tal-Kunsill (4); |
|
(d) |
każijiet ta' ħasil ta' flus kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE (5). |
5.4. Penali amministrattivi u finanzjarji
|
1. |
Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' penali stipulati fil-kuntratt, kandidati jew offerenti u kuntratturi li għamlu dikjarazzjonijiet foloz, għamlu żbalji sostanzjali jew wettqu irregolaritajiet jew frodi, jew ikunu nstabu fi ksur serju tal-obbligi kuntrattwali tagħhom, jistgħu jiġu esklużi mill-kuntratti u l-għotjiet kollha ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni għal perjodu massimu ta' ħames snin mid-data li fiha jkun ġie stabbilit il-ksur, kif ikkonfermat wara proċedura kontenzjuża mal-kuntrattur. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż għal 10 snin fil-każ ta' offiża ripetuta fi żmien ħames snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu. |
|
2. |
Offerenti jew kandidati li għamlu dikjarazzjonijiet foloz, wettqu żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, jistgħu jkunu wkoll suġġetti għal penali finanzjarji li jirrappreżentaw 2 % sa 10 % tal-valur totali stmat tal-kuntratt li jkun qed jingħata. Kuntratturi li nstabu fi ksur serju tal-obbligi kuntrattwali tagħhom jistgħu jkunu suġġetti għal penali finanzjarji li jirrappreżentaw 2 % sa 10 % tal-valur totali tal-kuntratt ikkonċernat. Din ir-rata tista' tiżdied għal 4 % sa 20 % fil-każ ta' ksur ripetut fi żmien ħames snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. |
5.5. Applikazzjoni tal-kriterji ta' esklużjoni u t-tul ta' żmien tal-esklużjoni
|
1. |
Fil-każ imsemmi fil-punt 5.2(c) il-kandidati jew l-offerenti għandhom jiġu esklużi mill-kuntratti u għotjiet kollha għal massimu ta' ħames snin mid-data li fiha jitwettaq il-ksur jew, fil-każ ta' ksur kontinwu jew ripetut, id-data li fiha jieqaf il-ksur. |
|
2. |
Fil-każijiet imsemmija fil-punti 5.2(b) u (e), il-kandidati jew l-offerenti għandhom ikunu esklużi mill-kuntratti u l-għotjiet kollha għal massimu ta' ħames snin mid-data tas-sentenza li jkollha s-saħħa ta' res judicata. Dawk il-perjodi ta' esklużjoni jistgħu jiġu estiżi għal 10 snin fil-każ ta' offiża ripetuta fi żmien ħames snin mid-dati msemmija fil-punti 1 u 2 hawn fuq. |
6. KRITERJI TAL-GĦAŻLA
L-applikanti għandhom ikollhom sorsi finanzjarji sodi u biżżejjed biex isostnu l-attività tagħhom tul iż-żmien li fih se ssir l-azzjoni. L-applikanti għandhom ikollhom il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex ilestu l-azzjoni proposta jew il-programm ta' xogħol.
6.1. Kapaċità finanzjarja tal-applikanti
L-applikanti għandu jkollhom il-kapaċitajiet finanzjarji li jlestu l-azzjoni proposta u għandhom jipprovdu l-karti tal-bilanċ u l-kontijiet ta' qligħ u telf, iċċertifikati mill-awdituri, għall-aħħar sentejn finanzjarji li fihom ingħalqu l-kontijiet. Din id-dispożizzjoni ma tgħoddx għal entitajiet pubbliċi u għal organizzazzjonijiet internazzjonali.
6.2. Kapaċità operattiva tal-applikanti
L-applikanti għandu jkollhom il-kapaċità operattiva li jlestu l-azzjoni proposta u għandhom jipprovdu d-dokumentazzjoni ta' sostenn xierqa.
Għandhom jintużaw il-kriterji li ġejjin biex tiġi vvalutata l-kapaċità tal-applikant:
|
— |
Il-kapaċità tal-applikant li jikkonforma mal-proċessi formalizzati tan-negozju u mal-istandards internazzjonali ta' ġestjoni ta' kwalità, speċjalment fit-tmexxija tal-istħarriġiet. |
|
— |
Mill-inqas tliet snin ta' esperjenza ppruvata fit-tħejjija u t-twettiq tal-istħarriġiet mensili jew trimestrali. Il-profil tal-applikant kif ukoll l-esperjenza u l-kwalifiki tal-esperti u l-maniġers se jiġu kkunsidrati; |
|
— |
Il-kapaċità tal-applikant li jikkompila l-istħarriġ u li jibgħat id-dejta kull xahar (jew jekk xieraq kull tliet xhur) fiż-żmien dovut (eż. fuq il-bażi tar-riżorsi għad-dispożizzjoni tiegħu u l-evidenza tal-esperjenza rilevanti). |
7. KRITERJI TAL-AĠĠUDIKAZZJONI
Għandhom jintużaw dawn l-erba' kriterji li ġejjin fl-evalwazzjoni tal-proposti u sabiex jingħataw marki (kull kriterju għandu l-istess ponderazzjoni) u l-proposti jiġu kklassifikati u jiġu ddeterminati l-kandidati magħżula eliġibbli għal finanzjament mill-UE għall-azzjoni:
|
— |
Il-kwalità tal-metodoloġija proposta tal-istħarriġ imsejsa fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (id-disinn tal-kampjun, il-metodu tal-istħarriġ, ir-rata ta' kopertura, il-kwalità rappreżentattiva tar-riżultati). It-tagħrif ulterjuri li ġej se jiġi kkunsidrat:
|
|
— |
Il-livell ta' esperjenza u kompetenza fl-iżvilupp ta' metodoloġija ta' stħarriġ, fit-tiswir ta' indikaturi bbażati fuq ir-riżultati tal-istħarriġ u fl-użu tar-riżultati tal-istħarriġ għall-analiżi u r-riċerka ċiklika u ekonomika, inkluża l-analiżi skont is-settur; |
|
— |
L-effiċjenza tal-loġistika u l-organizzazzjoni tax-xogħol tal-offerent f'termini ta' infrastruttura, faċilitajiet u persunal ikkwalifikat għat-twettiq tal-ħidmiet kif speċifikati fil-punt 2.2. |
|
— |
Il-livell ta' konformità tal-kandidat mal-proċessi formalizzati tan-negozju u mal-istandards internazzjonali ta' ġestjoni ta' kwalità, speċjalment fit-tmexxija tal-istħarriġiet. |
8. PROĊEDURI PRATTIĊI
8.1. Tfassil u preżentazzjoni ta' proposti
Il-proposti għandu jkollhom formola standard ta' applikazzjoni għal għotja mimlija u ffirmata u d-dokumenti ta' sostenn kollha msemmija fil-formola. L-applikanti jistgħu jibagħtu proposti għal diversi stħarriġiet u diversi pajjiżi. Madankollu, għandha titressaq proposta separata għal kull pajjiż.
Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati fi tliet taqsimiet:
|
— |
proposta amministrattiva, |
|
— |
proposta teknika, |
|
— |
proposta finanzjarja. |
Il-formoli standard li ġejjin jistgħu jinkisbu mill-Kummissjoni:
|
— |
formola ta' applikazzjoni għal għotja, |
|
— |
formola ta' entità ġuridika, |
|
— |
formola ta' identifikazzjoni finanzjarja, |
|
— |
dikjarazzjoni tal-unur (fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni), |
|
— |
dikjarazzjoni li tindika r-rieda għall-iffirmar tal-ftehim qafas ta' sħubija u l-ftehim speċifiku tal-għotja, |
|
— |
dikjarazzjoni dwar il-pubblikazzjoni, ir-rilaxx u l-użu ta' dejta, |
|
— |
formola għad-deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-istħarriġ, |
|
— |
formola dwar is-subkuntrattar, |
|
— |
rendikont ta' baġit biex jiġu pprovduti stimi tal-ispejjeż u l-pjan finanzjarju tal-istħarriġ, |
kif ukoll dokumentazzjoni li tirrigwarda l-aspetti finanzjarji tal-għotja:
|
— |
aide-mémoire għat-tfassil ta' stimi finanzjarji u rendikonti finanzjarji, |
|
— |
mudell tal-ftehim qafas ta' sħubija, |
|
— |
mudell tal-ftehim annwali speċifika ta' għotja. |
|
(a) |
billi tniżżilhom mill-indirizz tal-Internet li ġej: http://ec.europa.eu/economy_finance/procurement_grants/grants/proposals/index_en.htm |
|
(b) |
f'każ li l-ewwel għażla mhijiex possibbli, billi tikteb lill-Kummissjoni fl-indirizz postali:
Jekk jogħġbok agħmel referenza għal “Sejħa għal proposti – ECFIN/A4/2011/014”; |
Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li temenda dawn id-dokumenti standard skont il-ħtiġijiet tal-programm konġunt armonizzat tal-UE u/jew restrizzjonijiet tal-ġestjoni baġitarja.
8.2. Il-kontenut tal-proposti
Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, madankollu preferibbilment f'waħda mil-lingwi ta' ħidma tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri bl-Ingliż, Franċiż jew Ġermaniż.
8.2.1. Proposta amministrattiva
Il-proposta amministrattiva għandha tinkludi:
|
— |
Formola standard ta' applikazzjoni għal għotja ffirmata kif xieraq, |
|
— |
Formola standard ta' entità ġuridika mimlija u ffirmata kif xieraq u d-dokumentazzjoni ta' sostenn mitluba li tipprova l-istatus ġuridiku tal-korp jew istituzzjoni, |
|
— |
Formola standard ta' indentifikazzjoni finanzjarja mimlija u ffirmata kif xieraq, |
|
— |
Dikjarazzjoni tal-unur standard u ffirmata kif xieraq (fir-rigward tal-kriterji ta' esklużjoni), |
|
— |
Dikjarazzjoni standard iffirmata kif xieraq li turi l-kunsens għall-iffirmar tal-ftehim qafas ta' sħubija u l-ftehim speċifiku ta' għotja, jekk il-proposta tkun magħżula, |
|
— |
Dikjarazzjoni standard mimlija u ffirmata kif xieraq dwar il-pubblikazzjoni, ir-rilaxx u l-użu ta' dejta b'rabta mal-istħarriġiet tal-Kummissjoni Ewropea għan-negozji u l-konsumaturi. |
|
— |
L-organigramma tal-korp jew l-istitut, li turi l-ismijiet u l-pożizzjonijiet tal-maniġment u tas-servizz operattiv responsabbli mit-tmexxija tal-istħarriġ(iet), |
|
— |
Prova ta' qagħda finanzjarja soda: karti tal-bilanċ u dikjarazzjonijiet tad-dħul, iċċertifikati mill-awdituri, mill-aħħar sentejn finanzjarji li għalihom ingħalqu l-kontijiet. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-korpi pubbliċi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. |
|
— |
Dikjarazzjoni li tidentifika l-membru li jaġixxi bħala koordinatur, iffirmata minn kull membru li jipparteċipa, fil-każ ta' proposta konġunta. |
8.2.2. Proposta teknika
Il-proposta teknika għandha tinkludi:
|
— |
Deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-korp jew l-istitut li tippermetti li ssir il-valutazzjoni tal-kwalifiki tagħha u l-iskop u t-tul tal-esperjenza tagħha fl-oqsma mitluba taħt il-punt 6.2. Dan għandu jfisser kwalunkwe studju, kuntrattu ta' servizz, xogħol ta' konsulenza, stħarriġ, pubblikazzjoni jew xogħol ieħor imwettaq qabel, bl-indikazzjoni tal-isem tal-klijent u anki jiġi ddikjarat liema, jekk hemm, kienu saru għall-Kummissjoni Ewropea. Għandhom jiġu mehmuża l-iktar studji u/jew riżultati rilevanti. |
|
— |
Deskrizzjoni dettaljata tal-organizzazzjoni operattiva biex jitwettqu l-istħarriġiet. Għandha tiġi mehmuża d-dokumentazzjoni rilevanti dwar l-infrastruttura, il-faċilitajiet, ir-riżorsi u l-persunal kwalifikat (CV's konċiżi tal-persunal li l-iktar huma involuti fit-twettiq tal-istħarriġ(iet)) għad-dispożizzjoni tal-applikant, |
|
— |
Kampjun ta' kwestjonarju bl-Ingliż kif ukoll bil-lingwa li biha se jsir l-istħarriġ; |
|
— |
Formola/formoli standard mimlija b'mod korrett li jagħtu deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija tal-istħarriġ; |
|
— |
Formola standard mimlija b'mod korrett dwar is-subkuntratturi involuti fl-azzjoni, inkluża deskrizzjoni dettaljata tax-xogħlijiet li għandhom jiġu subkuntrattati. |
8.2.3. Proposta finanzjarja
Il-proposta finanzjarja għandha tinkludi:
|
— |
Rendikont standard ta' baġit dettaljat u mimli kif xieraq (f'euro u mingħajr VAT), li jkopri perjodu ta' 12-il xahar, għal kull stħarriġ, li jkun fih pjan finanzjarju tal-azzjoni u analiżi dettaljata tal-ispejjeż eliġibbli globali u ta' unitajiet għat-tmexxija tal-istħarriġ(iet), inklużi spejjeż ta' subkuntrattar. Għall-korpi mhux pubbliċi dan il-baġit jista' eċċezzjonalment jinkludi l-VAT dejjem jekk ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet proprji tat-taxxa jiċċertifika li l-benefiċjarju ma jistax jirkupra l-VAT. Għall-korpi pubbliċi, il-VAT qatt ma tkun eliġibbli. |
|
— |
Dokument iffirmat li jiċċertifika l-kontribuzzjoni(jiet) finanzjarja(i) minn organizzazzjoni(jiet)/sponser(s) esterni (ta' kofinanzjament), jekk applikabbli. |
8.3. Kuntatti bejn il-Kummissjoni u l-applikanti qabel id-data finali għas-sottomissjoni tal-proposti
|
— |
Il-Kummissjoni tista' tinforma lill-partijiet interessati bi kwalunkwe żball, impreċiżjoni, nuqqas jew kwalunkwe żball klerikali ieħor fit-test tas-sejħa għal proposti kif ukoll bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali billi titfa' din l-informazzjoni fuq l-indirizz web tagħha: http://ec.europa.eu/economy_finance/procurement_grants/grants/proposals/index_en.htm |
L-applikanti huma mistiedna jiċċekkjaw regolarment is-sit web.
|
— |
Fuq rikjesta tal-applikanti, il-Kummissjoni tista' tipprovdi informazzjoni addizzjonali bl-iskop uniku li tiċċara l-aspett tas-sejħa għal proposti. Kwalunkwe rikjesti għal informazzjoni addizzjonali għandom isiru, bil-miktub biss, fuq ecfin-bcs-mail@ec.europa.eu billi titniżżel b'mod ċar fil-parti tas-suġġett tal-e-mail, din ir-referenza li ġejja: “Sejħa għal Proposti – ECFIN/A4/2011/014”. Talbiet għal informazzjoni addizzjonali li jaslu f'inqas minn ħamest ijiem tax-xogħol qabel id-data finali għas-sottomissjoni tal-proposti jistgħu ma jiġux ipproċessati. |
8.4. Indirizz u data finali għas-sottomissjoni tal-proposti
L-applikanti li huma interessati f'dawn l-għotjiet huma mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea.
L-applikant għandu jissottometti, kopja oriġinali waħda ffirmata u tliet kopji, mhux stejpiljati u bbajndjati. Dan jiffaċilita x-xogħol amministrattiv fit-tħejjija tal-kopji jew id-dokumenti meħtieġa kollha għall-kumitat(i) tal-għażla.
Il-proposti għandhom jintbagħtu f'envelopp issiġillat ġo envelopp issiġillat ieħor.
Fuq l-envelopp ta' barra għandu jkun hemm l-indirizz imniżżel fil-punt 8.4 hawn taħt.
L-envelopp issġillat ta' ġewwa fejn tinsab il-proposta għandu jkun immarkat “Sejħa għal Proposti – ECFIN/A4/2011/014, ma għandux jinfetaħ mid-dipartiment tal-posta interna”.
Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-kandidati li l-proposti tagħhom waslu billi tirritorna l-karta ta' konferma tal-wasla li ntbagħtet mal-proposta.
L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu:
|
(a) |
bil-posta jew permezz ta' servizz ta' konsenja mibgħut mhux aktar tard mid-19 ta' Diċembru 2011. Bħala prova tad-data meta jintbagħtu għandu jitqies it-timbru tal-posta jew id-data tal-irċevuta tad-depożitu tas-servizz ta' konsenja, fl-indirizz li ġej: Bil-posta:
Permezz ta' servizz ta' konsenja:
|
|
(b) |
jew permezz ta' konsenja bl-idejn fl-indirizz li ġej:
mhux iktar tard mid-19 ta' Diċembru 2011 sal-16:00 (ħin ta' Brussell). F'dan il-każ, il-prova tas-sottomissjoni tkun permezz ta' rċevuta ddatata u ffirmata mill-uffiċjal li jilqa' l-offerti fid-dipartiment imsemmi iktar 'il fuq. Dan id-dipartiment ikun miftuħ mit-08.00 sal-17.00 mit-Tnejn sal-Ħamis, u mit-08.00 sal-16.00 nhar ta' Ġimgħa. Ikun magħluq is-Sibt, il-Ħadd u fil-btajjel tal-Kummissjoni. |
9. X'ISIR MILL-APPLIKAZZJONIJIET LI JASLU
L-applikazzjonijiet kollha jiġu verifikati sabiex jiġi aċċertat jekk jissodisfawx il-kriterji uffiċjali ta' eliġibbiltà.
Il-proposti li jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli jiġu evalwati u jingħataw il-marki skont il-kriterji ta' aġġudikazzjoni speċifikati hawn fuq sabiex jiġu identifikati dawk li jistgħu jirċievu finanzjament mill-UE għall-azzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-kost-effettività u l-baġit totali disponibbli għal din is-sejħa.
Il-proċess ta' evalwazzjoni tal-proposti se jsir matul ix-xhur ta' Diċembru 2011-Jannar 2012 Għandu jitwaqqaf kumitat ta' għażla għal dan l-iskop taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.
Il-kandidati li rnexxew u dawk li ma rnexxewx għandhom jiġu informati fil-bidu tal-2012.
Wara għandhom jiġu ffirmati ftehimiet qafas ta' sħubija mal-kandidati li jkunu rnexxew, u mbagħad jiġu ffirmati l-ftehimiet speċifiċi ta' għotja għall-ewwel sena.
10. IMPORTANTI
Din is-sejħa għal proposti ma tikkostitwixxix xi tip ta' obbligu kuntrattwali min-naħa tal-Kummissjoni lejn xi korp/istituzzjoni li jkun qed jissottometti/tissottometti proposta fuq il-bażi tagħha. Kull komunikazzjoni dwar din is-sejħa għandha ssir bil-miktub.
L-applikanti għandhom joqogħdu attenti għad-dispożizzjonijiet kuntrattwali li se jsiru obbligatorji fil-każ ta' għotja.
Bl-għan li jitħares l-interess finanzjarju tal-Komunitajiet, id-dejta personali tiegħek tista' tkun trasferita lil servizzi interni ta' verifika, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Bord ta' Irregolaritajiet Finanzjarji u/jew lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).
Id-dejta tal-operaturi ekonomiċi li jkunu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 93, 94, 96(1)(b) u 96(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju tista' tiġi inkluża f'database ċentrali u kkomunikata lill-persuni maħtura mill-Kummissjoni, minn istituzzjonijiet oħra, minn aġenziji, minn awtoritajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 95(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju. Dan jirreferi wkoll għall-persuni b'setgħat ta' rappreżentanza, tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew ta' kontroll fuq l-operaturi ekonomiċi msemmija. Kull parti li tiddaħħal fid-database għandha d-dritt li tiġi informata dwar id-dejta li tikkonċernaha, fuq talba lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.
(1) Skont l-Artikoli 93(1) u 94 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
(2) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.
(3) ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.
(4) ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1.
(5) ĠU L 166, 28.6.1991, p. 77.