4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/8


SEJĦA GĦALL-OFFERTI – EACEA/24/11

MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ

i2i Audiovisual

2011/C 321/08

1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ seħja għall-offerti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Fost il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni hemm l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni.

L-appoġġ għandu l-għan li jiffaċilita l-aċċess tal-kumpaniji ta’ produzzjoni Ewropej għall-finanzjamenti allokati l-istituzzjonijiet kreditu u finanzjarji, billi jikkofinanzja parti mill-ispejjeż tal-punti li ġejjin:

Assigurazzjoni għall-produzzjonijiet awdjoviżivi: Modulu 1 – Appoġġ għall-partita “assigurazzjoni” mniżżel f’baġit ta’ produzzjoni;

Garanzija ta’ tlestija għall-produzzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv: Modulu 2: Appoġġ għall-partita “garanzija ta’ tlestija” mniżżel f’baġit ta’ produzzjoni;

Finanzjament tal-kreditu għall-produzzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv: Modulu3: Appoġġ għall-partita “spejjeż finanzjarji” mniżżel f’baġit ta’ produzzjoni.

2.   Kandidati eliġibbli

Dan l-avviż huwa indirizzat lill-kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-għanijiet msemmijin hawn fuq, b’mod partikolari lill-kumpaniji ta’ produzzjoni awdjoviżivi indipendenti.

Il-kandidati għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi tal- fiz-ZEE

l-Iżvizzera u l-Kroazja.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

Ix-xogħol awdjoviżiv propost:

għandu jkun drama, animazzjoni jew dokumentarju kreattiv il-maġġoranza prodotta minn kumpaniji stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-Programm MEDIA.

għandu jkun prodott b’parteċipazzjoni sinifikanti ta’ professjonisti li ġejjin minn Stati parteċipanti fil-Programm MEDIA, jew li għandhom ir-residenza tagħhom hemm.

It-tul massimu għall-proġetti huwa 30 xahar.

Din is-seħja għall-offerti tikkonċerna esklussivament il-proġetti li jibdew bejn l-1 ta’ Lulju 2011 u s-6 ta’ Ġunju 2012.

4.   Kriterji ta’ għoti

Il-kandidati/proġetti eliġibbli ser ikunu evalwati skont il-kritertji li ġejjin:

1.

Proġetti li jibbenfikaw minn appoġġ MEDIA għall-iżvilupp ta’ proġetti individwali għall-pajjiżi l-kbar u/jew ta’ katalgi ta’ proġetti għall-pajjiżi li għandhom kapaċità awdjoviżiva żgħira: 25 punt.

2.

Proġetti li jibbenfikaw minn kreditu ta’ finanzjament bankarju: massimi 25 punt.

2.1.

Ftehim ta’ kreditu: 20 punt.

2.2.

Maħruġ minn istituzzjoni ta’ kreditu tal-UE jew istituzzjoni finanzjarja ibbażata f’pajjiż differenti minn dak tal-kumpanija ta’ produzzjoni li qed tapplika: 5 punti.

3.

Proġetti li ġejjin minn pajjiż li għandu kapaċità awdjoviżiva żgħira: 25 punt.

4.

Proġetti mill-Istati Membri li daħlu fl-UE fl-2004 jew aktar tard (il-Bulgarija, Repubblika Ċeka, Estonja, Ungerija, Latvja, Litwanja, Malta, Polonja, Rumanija, Slovakkja, Slovenja) u l-Kroazja: 15-il punt.

5.

Proġetti li għandhom dimensjoni Ewropea: koproduzzjoni li tkopri aktar minn pajjiż wieħed li jkun qed jipparteċipa fil-Programm MEDIA: 10 massimi punti.

5.1.

Ftehim ta’ ko-produzzjoni: 5 punti.

5.2.

Ko-produttur/i mill-Istati Membri li daħlu fl-UE fl-2004 jew aktar tard u l-Kroazja: 2 punti għal kull ko-produttur.

5.3.

Ko-produttur(i) minn pajjiż b’kapaċita’ awdjoviżiva għolja/b’kapacita’ awdjoviżiva baxxa: Punt 1 għal kull ko-produttur.

5.4.

Ko-produttur(i) minn pajjiżi li ma jipparteċipawx fil-Programm MEDIA: 0,5 punti għal kull ko-produttur.

Fi ħdan il-limitu tal-baġit disponibbli, il-proġetti li jkollhom l-aktar punti fuq il-bażi tal-kriterji hawn fuq jieħdu kontribuzzjoni finanzjarja.

Fil-każ li, wara l-proċess indikat hawn fuq, bosta proġetti jkollhom l-istess punti, jiġi investigat il-kriterju li jmiss għal dawn il-proġetti biss:

Potenzjal ta’ distribuzzjoni internazzjonali: massimu 10 punti.

Koperti minn ftehim ta’ distribuzzjoni ġeografika dinjija: massimimu ta’ 10 punti.

Distribuzzjoni ġeografika mhux nazzjonali koperta minn ftehim: 5 punti.

Proġetti bi ftehim ta’ distribuzzjoni dinjija se jirċievu massimu ta’ 10 punti.

5.   Baġit

Il-baġit totali stmat allokat għall-kofinanzjament ta’ proġetti huwa ta’ EUR 3 miljun. Il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż 50 %-60 % tal-ispejjeż eliġibbli. L-ammont tal-appoġġ huwa bejn EUR 5 000 u 50 000. L-ammont tal-appoġġ ma jistax jaqbeż il-limtu massimu ta’ EUR 50 000 għal kull proġett.

6.   Data ta’ għeluq għall-preżentazzjoni

Id-dati ta’ għeluq biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet huma

Jannar 06, 2012 għall-proġetti b’data l-aktar kmieni għall-bidu tal-proġett minn Lulju 1, 2011

Ġunju 06, 2012 għall-proġetti b’data l-aktar kmieni għall-bidu tal-proġett minn Diċembru 1, 2011.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

Education Audiovisual and Culture Executive Agency (EACEA)

Call for Proposals EACEA/24/11

Mr Constantin DASKALAKIS

BOUR 3/30

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola adegwata, mimlijin kif xieraq, datati u ffirmati mill-persuna bis-setgħa li tirrappreżenta legalment il-korp li qiegħed jagħmel it-talba biss jistgħu jiġu aċċettati.

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-faks jew bil-posta elettronika ma jiġux aċċettati.

7.   Tagħrif sħiħ

Il-linji gwida ddettaljati tas-sejħa għall-offerti, kif ukoll il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn

http://ec.europa.eu/media

Huwa obbligatorju li l-applikazzjonijiet jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tat-test sħiħ u jintbagħtu fuq il-formola pprovduta u jkollhom l-Annessi u l-informazzjoni kollha mitluba.