29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6415 – Vendôme Commerces/CDC/Immeuble Toulon)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 317/07

1.

Fl-24 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriżi Vendôme Commerces (Franza) u Caisse des Dépôts et Consignations (Franza) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett tal-binja ta' ħanut kbir li jinsab fil-periferija tal-agglomerazzjoni ta' Toulon, permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Vendôme Commerces hija kumpanija ċivili tal-proprjetà immobbli li tappartjeni għall-grupp Axa. Il-grupp Axa huwa attiv fil-protezzjoni finanzjarja,

Il-Caisse des Dépôts et Consignations huwa stabbiliment pubbliku Franċiż li jwettaq missjonijiet ta’ interess ġenerali fuq in-naħa l-waħda, u attivitajiet miftuħin għall-kompetizzjoni fuq in-naħa l-oħra,

Il-binja tal-ħanut kbir tinsab f'La Valette du Var fl-agglomerazzjoni ta' Toulon (Franza). Din il-binja tintuża mid-ditta Printemps.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6415 – Vendôme Commerces/CDC/Immeuble Toulon, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).