22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/4


Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-Awli

2011/C 311/04

Fl-10 ta’ Ottubru 2011, skont l-Artikolu 4 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u skont l-Artikolu 12 tar-Regoli tal-Proċedura, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li jassenja, mill-preżentata tar-rikors, il-kawżi alternattivament lill-Ewwel Awla, lit-Tieni Awla u lit-Tielet Awla skont l-ordni li fihom ġew irreġistrati fir-reġistru, bla ħsara għall-Artikoli 13, 14 u 46(2) tar-Regoli tal-Proċedura.

Il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jista’ jidderoga mir-regoli ta’ assenjazzjoni għal raġunijiet ta’ konnessjoni, kif ukoll sabiex jiġi żgurat xogħol ibbilanċjat u koerenti fi ħdan it-Tribunal.