19.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/8


Sejħiet għal proposti skont il-programm ta’ ħidma 2012 “Nies” tas-7 Programm Kwadru għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Turija

2011/C 307/07

Bil-preżenti, qiegħed jingħata avviż dwar it-tnedija ta’ sejħiet għal proposti skont il-programm ta’ ħidma 2012 “Nies” tas-7 Programm Kwadru għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Turija (2007 sal-2013).

Qegħdin jintlaqgħu proposti għas-sejħiet li ġejjin. L-iskadenzi u l-baġits tas-sejħa huma mogħtija fit-testi tas-sejħa, li huma ppubblikati fuq is-sit elettroniku rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.

Programm Speċifiku “Nies”:

Titlu tas-Sejħa

Identifikatur tas-Sejħa

Ko-finanzjament ta’ Programmi Reġjonali, Nazzjonali u Internazzjonali

FP7-PEOPLE-2012-COFUND

Sħubiji u direzzjonijiet tal-industrija-akkademja

FP7-PEOPLE-2012-IAPP

Dawn is-sejħiet għal proposti huma relatati mal-programm ta’ ħidma tal-2012 adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 5033 tad-19 ta' Lulju 2011.

Tagħrif dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta’ ħidma, u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu proposti huwa disponibbli permezz tas-sit elettroniku rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.