15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/2


Ħatra tar-Reġistratur

2011/C 305/02

Il-mandat ta’ Emmanuel Coulon, Reġistratur tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skada fil-5 ta’ Ottubru 2011.

Il-Qorti Ġenerali, fil-laqgħa plenarja tagħha tat-13 ta’ April 2011, iddeċidiet li ġġedded il-mandat ta’ Emmanuel Coulon, skont l-Artikoli 20 u 7(3) tar-Regoli tal-Proċedura, għall-perijodu li jmur mis-6 ta’ Ottubru 2011 sal-5 ta’ Ottubru 2017 inkluż.