12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/5


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2011/C 301/06

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' EUR 2 maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti tal-euro ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti euro huma awtorizzati li joħorġu muniti euro kommemorattivi ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni b’ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż tal-ħruġ: il-Belt tal-Vatikan

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Is-26 Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Deskrizzjoni tad-disinn: Fiċ-ċentru tal-parti ta’ ġewwa tal-munita hemm ftit żgħażagħ u bnadar, kif ukoll il-marka taż-żekka “R” u s-sena “2011”. Fuq nett, tul il-parti ta’ barra taċ-ċirku ta’ ġewwa, mix-xellug għal-lemin, hemm “XXVI” u “G.M.G” minn Giornata Mondiale della Gioventù (Jum Dinji taż-Żgħażagħ). Fil-qiegħ, hemm l-isem tal-Pajjiż tal-ħruġ “CITTÀ DEL VATICANO”.

Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta' muniti li se jinħarġu:

Data tal-ħruġ: Ottubru 2011


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).