|
11.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 299/9 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
2011/C 299/08
Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Malta
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti euro huma awtorizzati li joħorġu muniti euro kommemorattivi ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni b’ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż tal-ħruġ: Malta
Suġġett tal-kommemorazzjoni: L-ewwel rappreżentanti eletti
Deskrizzjoni tad-disinn: Iċ-ċentru tal-munita juri id li qed tixħet vot fil-kaxxa tal-voti. Fil-qiegħ tagħha tidher is-sena “2011”. Fuq nett tal-munita tul iċ-ċirku ta’ ġewwa, li testendi għan-naħa tal-lemin, hemm il-kliem “Malta – First elected representatives 1849” (“Malta – L-ewwel rappreżentanti eletti 1849”)
Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu:
Data tal-ħruġ: It-tieni sitt xhur tal-2011
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, pp. 1 għall-uċuh nazzjonali tal-muniti kollha maħruġa fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, paġni 52).