24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/20 |
Modifika għad-dati ta’ skadenza għas-sejħa miftuħa kontinwament għall-proposti tal-Programm ta’ Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar kif imsemmija fl-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/376/KE għas-snin 2012 u 2013
2011/C 281/09
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/376/KE dwar l-adozzjoni tal-Programm ta’ Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi multiannwali għal dan il-programm (1), li jippermettu li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tibdel id-data ta’ skadenza tal-15 ta’ Settembru ta’ kull sena għat-tressiq tal-proposti għall-evalwazzjoni skont l-Artikolu 41(d) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni ddeċidiet li d-data ta’ skadenza applikabbli għall-2012, ser tkun it-18 ta’ Settembru 2012 u d-data ta’ skadenza għall-2013 ser tkun is-17 ta’ Settembru 2013. Din il-modifika tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali.
(1) ĠU L 130, 20.5.2008, p. 7.