3.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6367 – ECE/Metro/MEC JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 261/10

1.

Fil-26 ta' Awwissu tal-2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Projektmanagement G.m.b.H. & Co. KG (“ECE”, il-Ġermanja), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata mis-Sur Alexander Otto, u METRO Group Asset Management Services (“MAMS”, il-Ġermanja), sussidjarja bi sjieda sħiħa ta' METRO A.G (“Metro”, il-Ġermanja) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża MEC Metro-ECE Centermanagement GmbH&Co.KG (“MEC”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal ECE: ix-xiri, l-iżvilupp, l-ippjanar u l-kostruzzjoni ta' bini kummerċjali u beni immobbli oħrajn u l-kera, il-ġestjoni u t-trasferiment ta' tali proprjetà,

għal MAMS: il-kiri fit-tul, l-iżvilupp u l-ġestjoni tal-portafoll ta' proprjetà għall-investiment tal-attivajiet ta' beni immobbli tal-Metro Group. Din hija sjieda sħiħa ta' Metro AG, li hija attiva fil-bejgħ ta' ikel bl-ingrossa, ħwienet speċjalizzati li ma jbigħux ikel bħal ħwienet tal-elettronika għall-konsumaturi, u kumplessi kummerċjali,

għal MEC: servizzi ta' ġestjoni ta' proprjetà għal ċentri tax-xiri.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6367 – ECE/Metro/MEC JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).