1.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6261 – North Sea Group/Argos Groep/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 257/11

1.

Fl-24 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Reggeborgh Invest B.V. (“Reggeborgh”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Argos Energy Group B.V. (“Argos Energy Group”, il-Pajjiżi l-Baxxi), ikkontrollati minn Goedvolk Holding B.V. (“Goedvolk Holding”, il-Pajjiżi l-Baxxi), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża North Sea Group B.V. (“North Sea Group”, il-Pajjiżi l-Baxxi), li bħalissa hija kkontrollata minn Reggeborgh, u Argos Groep B.V. (“Argos Groep”, il-Pajjiżi l-Baxxi), li bħalissa hija kkontrollata minn Argos Energy Group permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Reggeborgh: kummerċ fi, u fornitura ta', prodotti tal-petroleum għall-użu fuq l-art u fuq l-ilma, il-kuntrattar għall-kostruzzjoni u żvilupp ta' proġetti, kif ukoll l-iżvilupp tal-proprjetà,

għal Goedvolk Holding: kummerċ fi, u fornitura ta', prodotti tal-petroleum għall-użu fuq l-art u fuq l-ilma.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6261 – North Sea Group/Argos Groep/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).