26.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6349 – Mothershon/Cross Industries/Peguform/Wethje)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 249/11

1.

Fis-17 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-Motherson Group (Motherson Group, l-Indja) u l-Cross Group (Cross Group, l-Awstrija) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriżi Peguform GmbH and Peguform Iberica S.L. (flimkien il-“Peguform Group”, il-Ġermanja) kif ukoll il-kontroll konġunt ta' Wethje Entwicklung GmbH u Wethje Carbon Composite GmbH (flimkien il-“Wethje Group”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Motherson Group: grupp multinazzjonali attiv f'diversi industriji b'firxa ddiversifikata ta' prodotti, bl-enfasi ewlenija tiegħu fuq il-manifattura ta' komponenti awtomobilistiċi,

għal Cross Group: grupp b'konċentrazzjoni strateġika u operattiva fuq is-settur awtomobilistiku,

għal Peguform Group: il-manifattura ta' komponenti u aċċessorji għall-betturi bil-mutur, inter alia sistemi tal-bampers, front-end modules, coskpits, pannelli tal-istrumenti, daxxbords u door trim panels,

għal Wethje Group: il-produzzjoni ta' komponenti komposti tal-fibra, l-aktar għal karozzi bil-mutur għall-isports kif ukoll il-manufattura u t-tqassim ta' prototipi u ta' għodod.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6349 – Mothershon/Cross Industries/Peguform/Wethje, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).