9.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/15


Sejħa għall-proposti 2012 – EAC/27/11

Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (PTĦ)

2011/C 233/06

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja li ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-15 ta' Novembru 2006 (id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE) (1). Il-programm ikopri l-perjodu bejn l-2007 u l-2013. L-objettivi speċifiċi tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja huma elenkati fl-Artikolu 1.3 tad-Deċiżjoni.

2.   Eliġibbiltà

Il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja japplika għat-tipi u għal-livelli kollha ta' edukazzjoni u ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, u huwa aċċessibbli għall-entitajiet kollha elenkati fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni.

L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin (2):

is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA: l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera

Il-pajjiżi kandidati: il-Kroazja, it-Turkija.

Skont l-Artikolu 14(2) tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-PTĦ, il-proġetti u n-netwerks multilaterali taħt Comenius, Erasmus, Leonardo da Vinci, Grundtvig u l-attivitajiet ewlenin tal-Programm Trasversali huma miftuħa wkoll għal sħab minn pajjiżi terzi li ma jkunux qegħdin diġà jipparteċipaw fil-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja abbażi tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni. Tista' tirreferi għall-Gwida PTĦ 2012 għad-dettalji tal-azzjonijiet ikkonċernati u l-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.

3.   Baġit u tul tal-proġetti

Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa huwa stmat għal EUR 1 140 miljun.

Il-livell ta' għotjiet mogħtija kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarja skont fatturi bħalma huma t-tip ta' proġett u l-għadd ta' pajjiżi involuti.

4.   Id-data tal-għeluq biex jitressqu l-applikazzjonijiet

L-iskadenzi ewlenin huma kif ġej:

Il-Mobilità tal-Istudenti Individwali Comenius

1 ta' Diċembru 2011

Comenius, Grundtvig: Taħriġ intern

 

l-ewwel skadenza

16 ta' Jannar 2012

skadenzi aktar imbiegħda

30 ta' April 2012

17 ta' Settembru 2012

Assistentati Comenius

31 ta' Jannar 2012

Comenius, Erasmus, Leonardo da Vinci, Grundtvig: Proġetti multilaterali, Netwerks u Miżuri li Jakkumpanjawhom

2 ta' Frar 2012

Leonardo da Vinci: Proġetti multilaterali għat-Trasferiment tal-Innovazzjoni

2 ta' Frar 2012

Leonardo da Vinci: Mobilità (inkluż iċ-ċertifikat ta' mobilità ta' Leonardo da Vinci);

Erasmus: Korsijiet Intensivi tal-Lingwa

3 ta' Frar 2012

Il-Programm Jean Monnet

15 ta' Frar 2012

Comenius, Leonardo da Vinci, Grundtvig: Sħubijiet;

Comenius: Is-Sħubijiet Comenius Regio:

Grundtvig: Sessjonijiet ta' ħidma

21 ta' Frar 2012

Erasmus: Programmi Intensivi, Mobilità tal-istudenti għall-istudji u l-għoti ta' post (inkluż iċ-ċertifikat ta' għoti ta' post mill-konsorzju ta' Erasmus) u l-Mobbiltà tal-Persunal (xogħol ta' tagħlim u taħriġ tal-persunal)

9 ta' Marzu 2012

Grundtvig: Assistentati, Proġetti ta' Volontarjat mal-Anzjani;

30 ta' Marzu 2012

Programm Trasversali: L-attività prinċipali 1 – Żjajjar ta' studju

 

l-ewwel skadenza

30 ta' Marzu 2012

It-tieni skadenza

12 ta' Ottubru 2012

Programm Trasversali: l-attivitajiet l-oħrajn kollha

1 ta' Marzu 2012

Għaż-Żjajjar u l-Iskambji ta' Grundtvig u għaż-Żjajjar Preparatorji taħt il-programmi settorjali kollha jeżistu bosta skadenzi skont il-pajjiż partikulari. Jekk jogħġbok irreferi għas-sit tal-Aġenzija Nazzjonali rilevanti f'pajjiżek.

5.   Id-dettalji kollha

It-test sħiħ tas-“Sejħa Ġenerali tal-PTĦ għall-proposti 2011-2013 – Prijoritajiet tal-Istrateġija 2012”, flimkien mal-“Gwida tal-Programm tal-PTĦ 2012” u l-informazzjoni dwar id-disponibilità tal-formoli tal-applikazzjoni jinsabu f'dan l-indirizz tal-internet: http://ec.europa.eu/education/llp/doc848_en.htm

L-applikazzjonijiet iridu jirrispettaw it-termini kollha tat-test sħiħ tas-Sejħa u tal-Gwida tal-Programm tal-PTĦ, u jitressqu fuq il-formoli t-tajbin li huma pprovduti.


(1)  Id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja http://eur-lex.europa.eu/lex/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2006:327:0045:0068:EN:PDF u d-Deċiżjoni Nru 1357/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE: http://eur-lex.europa.eu/lex/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2008:350:0056:0057:EN:PDF

(2)  Ħlief għall-programm Jean Monnet li hu miftuħ għall-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja mad-dinja kollha.