2.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6308 – VFC/Timberland)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 227/06

1.

Fis-27 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha V.F. Corporation (“VF”, l-Istati Uniti) takkwista l-kontroll esklussiv ta' The Timberland Company (“Timberland” l-Istati Uniti) u s-sussidjarji kollha tagħha skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal VF: id-disinn l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta' ħwejjeġ tad-ditta u oġġetti relatati permezz ta' numru ta' ditti tal-konsum bħal “The North Face”, “Lee”, “Wrangler”, “Reef”, “Vans” u “Napapijri”. VF hija kumpanija elenkata pubblikament fil- Borża ta' New York u topera mad-dinja kollha,

għal Timberland: id-disinn, l-iżvilupp u l-kummerċ ta' żraben u ħwejjeġ tal-iprem kwalita' u aċċessorji għal irġiel nisa u tfal. Timberland hija kumpanija elenkata pubblikament fil- Borża ta' New York u topera fl-Amerika ta' Fuq, l-Ewropa u l-Asja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6308 – VFC/Timberland, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).