29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6326 – Stanley Black & Decker/Niscayah Group)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 223/11

1.

Fit-22 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Stanley Black & Decker, Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Niscayah Group AB (l-Isvezja) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fis-27 ta’ Ġunju 2011.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Stanley Black & Decker: għodda soda u soluzzjonijiet tal-inġinerija għall-użu industrijali, tal-kostruzzjoni u tad-DIY (do-it yourself), sistemi ta’ rbit u immuntar, u soluzzjonijiet ta’ sigurtà primarjament għall-applikazzjonijiet kummerċjali,

Niscayah Group AB: soluzzjonijiet għall-protezzjoni kontra n-nar, sistemi ta' sorveljanza bil-vidjow, tagħmir li jikkontrolla l-aċċess, kif ukoll servizzi ta’ installazzjoni, manutenzjoni, monitoraġġ u rispons għall-allarm.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6326 – Stanley Black & Decker/Niscayah Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).