|
28.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 222/19 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6302 – F2i/AXA Funds/G6 Rete Gas)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 222/13
|
1. |
Fit-18 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi F2i Fondi Italiani per le Infrastrutture S.G.R. SpA (“F2i”, l-Italja), f’isem F2i – Fondo Italiano per le Infrastrutture, u tliet fondi ta’ investiment – jiġifieri AXA Infrastructure Investissement SAS, AXA UK Infrastructure Investment SAS, u AXA Infrastructure Partners FCPR (kollettivament imsejħa “AXA Funds”) – indirettament ġestiti minn AXA Private Equity (“AXA PE”, Franza), li huma parti mill-Grupp AXA, jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' G6 Rete Gas SpA (“G6 Rete Gas”, l-Italja), li bħalissa hija proprjetà ta’ GDF Suez Energia Italia SpA, li hija parti mill-Grupp GDF Suez, permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6302 – F2i/AXA Funds/G6 Rete Gas, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).