|
27.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 221/1 |
AVVIŻ TA' PROĊEDURA MIFTUĦA TA' GĦAŻLA
KOORDINATUR TAL-AVVENIMENTI
REFERENZA: EF-TA-10-01
(2011/C 221 A/01)
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), ibbażata f'Dublin, l-Irlanda, qed tfittex li tirrekluta Koordinatur tal-Avvenimenti.
Filwaqt li jkun jaħdem fl-Unità tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, jirrapporta lil u jikkollabora mill-qrib mal-Maniġer tal-Komunikazzjoni Esterna, il-Koordinatur tal-Avvenimenti ser ikun responsabbli mill-promozzjoni tal-Eurofound permezz tal-organizzazzjoni ta' avvenimenti li jvarjaw minn konferenzi fuq skala kbira sa seminars, workshops, esibizzjonijiet u żjarat.
Il-Koordinatur tal-Avvenimenti ser ikun responsabbli primarjament minn dawn li ġejjin:
|
— |
L-iżvilupp strateġiku, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-avvenimenti ewlenin tal-Eurofound, inklużi l-Forum tal-Fondazzjoni u avvenimenti oħrajn ta' livell għoli, |
|
— |
Jagħti pariri u jikkollabora dwar l-avvenimenti kollha tal-Eurofound, |
|
— |
L-organizzazzjoni u l-evalwazzjoni ta' avvenimenti fuq skala żgħira, inklużi esibizzjonijiet u żjarat, |
|
— |
Iġestixxi timijiet żgħar għall-organizzazzjoni ta' avvenimenti, |
|
— |
Il-ġestjoni ta' kuntratti, inklużi l-proċeduri ta' sejħiet għall-offerti u l-ġestjoni ta' proġetti, |
|
— |
Kwalunkwe kompitu ieħor relatat mal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni skont kif meħtieġ. |
Din il-kompetizzjoni hija miftuħa għal kandidati li:
|
— |
huma ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
huma intitolati għal drittijiet sħaħ bħala ċittadini, |
|
— |
ikunu issodisfaw l-obbligi kollha imposti mil-liġi dwar is-servizz militari, |
|
— |
jkollhom għarfien estensiv ta' lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra tal-Unjoni, inkluż għarfien eċċellenti tal-Ingliż li hija l-lingwa prinċipali tal-Eurofound, |
|
— |
ikollhom edukazzjoni universitarja ta' mill-anqas 4 snin li twassal għal-lawrja fl-oqsma tal-marketing, il-ġurnaliżmu, ir-relazzjonijiet pubbliċi, il-komunikazzjoni jew dixxipplini simili jew — b'mod alternattiv — irid ikollhom esperjenza professjonali rilevanti ta' mill-anqas 6 snin. |
Il-kandidat li jintgħażel ser jiġi reklutat fil-Grupp ta' Funzjoni AD, Grad 6, bħala Aġent Temporanju b'kuntratt ta' żmien indefinit.
Id-dettalji sħaħ tal-kariga kif ukoll l-proċeduri tal-applikazzjoni u l-għażla jistgħu jitniżżlu mill-paġna tal-postijiet battala tas-sit elettroniku tal-Eurofound:
http://www.eurofound.europa.eu/about/vacancies/index.htm
L-applikazzjonijiet kollha għandhom jiġu sottomessi fuq il-formola ta' applikazzjoni uffiċjali li tista' titniżżel ukoll mis-sit elettroniku.
L-iskadenza għall-applikazzjonijiet: 25 ta' Awwissu 2011.