21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/32


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6295 – CVC/Ande/Delachaux)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 215/14

1.

Fit-12 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża(i) CVC Capital Partners SICAV-FIS SA (il-Lussemburgu) u Ande Investissements SA (il-Lussemburgu) jakkwistaw il-kontroll konġunt tal-impriża Delachaux SA (Franza) skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża CVC Capital Partners SICAV-FIS: l-għoti ta' pariri rigward investimenti u/jew il-ġestjoni ta' investimenti f'isem fondi ta' investiment (‘the CVC Funds’). Il-Fondi CVC għandhom interess ta’ kontroll f’għadd ta’ kumpaniji f’industriji varji inkluż l-industriji tal-kimika, tas-servizzi tad-dawl u l-ilma, tal-manifattura, tal-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni, prinċiplament fl-Ewropa u fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku,

għall-impriża Ande Investissements SA: akkwisti ta’ ishma, amministrazzjoni, ġestjoni u żvilupp. Bħalissa, Ande priċipalment tipposjedi u timmaniġġja l-ishma tal-familja André Delachaux fil-grupp Delachaux,

għall-impriża Delachaux SA: il-manifattura u l-produzzjoni ta’ apparat għall-irbit tal-binarji u ta’ sistemi ta’ welding, ta’ sistemi ta’ kurrent elettriku u ta’ trażmizzjoni ta’ dejta, kalamiti, kejbils u metalli bil-kromju.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6295 – CVC/Ande/Delachaux, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).