16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/31


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6306 – 3i Group/Action Holding)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 210/15

1.

Fil-11 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża 3i Group plc (ir-Renju Unit) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Action Holding B.V. (il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża 3i: kumpanija ta’ ekwità privata u tal-immaniġġjar alternattiv tal-assi, b'investimenti f'setturi varji. 3i tiffoka fuq l-ekwità privata, l-immaniġġjar tad-dejn u l-investimenti tal-infrastruttura, u hi attiva l-aktar fl-Ewropa, l-Asja u l-Amerika,

għall-impriża Action Holding B.V.: attiva fis-suq tal-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti mhux tal-ikel (sa ċertu punt) u prodotti tal-ikel permezz ta’ ħwienet tal-bejgħ bl-imnut fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju u l-Ġermanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6306 – 3i Group/Action Holding, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).