|
2.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/18 |
SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/16/11
Taħt il-Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja (LLP)
Li Jippromwovi l-Integrazzjoni ta’ Roma fi u permezz tal-Edukazzjoni
2011/C 193/08
1. Objettivi
L-objettivi tas-sejħa għall-proposti huma:
|
— |
Li tappoġġa proġetti ta’ kooperazzjoni trans-nazzjonali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ miżuri edukattivi magħqudin koerenti u komprensivi u miżuri ta’ politika oħrajn sabiex jogħlew il-parteċipazzjoni u l-livelli ta’ kisba tal-istudenti Roma fl-edukazzjoni ġenerali u fil-VET; |
|
— |
Li jappoġġaw attivitajiet ta’ netwerk sabiex titqajjem sensibilizzazzjoni tal-esperjenzi l-aktar ta’ suċċess, miżuri edukattivi magħqudin u miżuri ta’ politika oħrajn għall-integrazzjoni soċjali tat-tfal u tal-istudenti Roma. |
Din is-sejħa hija bbażata fuq id-Deċiżjoni tal-LLP li tkopri l-perjodu 2007 sal-2013. L-objettivi speċifiċi tal-LLP huma elenkati fl-Artikolu 1.3 tad-Deċiżjoni (1).
2. Applikanti Eleġibbli
Il-benefiċjarji jistgħu jkunu NGOs li jaħdmu għall-integrazzjoni ta’ Roma, korpi pubbliċi oħrajn u organizzazzjonijiet ta’ dawk li għandhom interess, ministeri nazzjonali responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ, skejjel, korpi ta’ taħriġ oħrajn li joperaw fl-Istati Membri.
L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
|
— |
is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropa, |
|
— |
il-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA: l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera, |
|
— |
pajjiżi kandidati: il-Kroazja, il-Turkija. |
3. Attivitajiet Eliġibbli u Tul
|
— |
Taħriġ ta’ għalliema u ta’ medjaturi komunitarji; |
|
— |
Proġetti ta’ kooperazzjoni għall-bini tal-kapaċità; |
|
— |
Proġetti ta’ kooperazzjoni (eż. tagħlim konġunt u tal-pari, estensjoni, amplifikazzjoni jew ġeneralizzazzjoni tal-aqwa prattiki pedagoġiċi, rimedjali u ta’ tutela); |
|
— |
Azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u disseminazzjoni, li jistgħu jinkludu wkoll opportunitajiet indaqs u edukazzjoni sa karatteristiċi ta’ ċittadinanza; |
|
— |
Netwerking; |
Il-tul massimu tal-proġett huwa ta’ 12-il xahar. L-attivitajiet iridu jibdew bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u l-31 ta’ Marzu 2012.
4. Kriterji għall-Għoti
Applikazzjonijiet eliġibbli ser jkunu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji għall-għoti li ġejjin:
|
— |
Rilevanza (valur ta’ 40 %); |
|
— |
Il-kwalità tal-pjan ta’ azzjonijiet (valur ta’ 10 %); |
|
— |
Il-metodoloġija (valur ta’ 10 %); |
|
— |
Konsorzju (valur ta’ 10 %); |
|
— |
Proporzjon Kost-Benefiċċju (valur ta’ 10 %); |
|
— |
Valur Miżjud ta’ Impatt u Ewropew (valur ta’ 10 %); |
|
— |
Kwalità tal-Pjan ta’ Valorizzazzjoni (Disseminazzjoni u Użu tar-Riżultati) (valur ta’ 10 %). |
5. Baġit
Il-baġit totali riżervat għal din is-sejħa huwa stmat għal EUR 584 000 b’għotja massima ta’ EUR 150 000 għal kull proġett.
L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.
6. Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet
Id-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija s-16 ta’ Settembru 2011 (it-timbru tal-posta jservi bħala prova tad-data tal-impustar).
7. Dettalji Sħaħ
Linji gwida dettaljati għas-sejħa għall-proposti u l-pakkett tal-applikazzjoni huma disponibbli fuq is-sit elettroniku li ġej:
http://eacea.ec.europa.eu/llp/funding/2011/call_roma_2011_en.php
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi bl-użu tal-formoli pprovduti u għandu jkollhom l-annessi u l-informazzjoni rilevanti kif meħtieġ fil-linji gwida ddettaljati.
(1) Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja. Ara http://eur-lex.europa.eu/lex/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=ĠU:L:2006:327:0045:0068:MT:PDF