28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/13


Sejħa għal proposti skont il-programm multiannwali ta’ ħidma għall-2011 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TENT-T) għall-perjodu 2007-2013

(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 1766 kif emendata bid-Deċiżjoni C(2011) 4317)

2011/C 187/07

Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea b'dan qed iniedi sejħa għal proposti, skont il-programm multiannwali ta’ ħidma għan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013, sabiex isiru għotjiet għal:

Il-qasam Nru 14: Proġett Prijoritarju TEN-T Nru 21 – Awtostradi tal-Baħar. L-ammont disponibbli għall-proposti magħżula, għall-2011, huwa ta’ mhux iktar minn EUR 70 miljun.

Il-qasam Nru 15: Proġetti fil-qasam tas-Servizzi ta’ Informazzjoni dwar ix-Xmajjar (RIS). L-ammont disponibbli għall-proposti magħżula, għall-2011, huwa ta’ mhux iktar minn EUR 10 miljun.

Il-qasam Nru 16: Proġetti fil-qasam tas-Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS). L-ammont disponibbli għall-proposti magħżula, għall-2011, huwa ta’ mhux iktar minn EUR 100 miljun.

Il-proposti jridu jitressqu sat-23 ta’ Settembru 2011.

It-test sħiħ tas-sejħa għal proposti huwa disponibbli fuq is-sit:

http://tentea.ec.europa.eu/en/apply_for_funding/follow_the_funding_process/calls_for_proposals_2011.htm