8.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6222 – GE Energy/Converteam)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/C 168/08)

1.

Fil-31 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, permezz ta' GE Energy, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Converteam Group SAS (“Converteam”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal GE: Kumpanija globali ddiversifikata speċjalizzata fis-setturi tal-produzzjoni, it-teknoloġija u s-servizzi li tinkludi entitajiet kummerċjali bħal GE Energy, GE Healthcare, GE Aviation, GE Transportation, GE Capital u GE Home & Business Solutions,

għal GE Energy: GE Energy tinkludi l-entitajiet kummerċjali GE Power & Water, GE Energy Services u GE Oil & Gas. GE Energy hija l-fornitur ta' teknoloġiji għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u għad-distribuzzjoni tal-enerġija f'diversi oqsma tal-industrija tal-enerġija li jinkludu l-faħam, iż-żejt, il-gass naturali u l-enerġija nukleari, kif ukoll ir-riżorsi rinnovabbli bħall-ilma, ir-riħ, ix-xemx u l-fjuwils alternattivi,

għal Converteam: fornitur ta' soluzzjonijiet tal-inġinerija għall-konverżjoni tal-elettriku biex tittrasforma l-enerġija elettrika f'enerġija mekkanika u viċeversa. Converteam hija attiva fis-segmenti li ġejjin fejn tista' tenħtieġ il-konverżjoni tal-elettriku: il-ġenerazzjoni tal-elettriku, is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, iż-żejt u l-gass (inkluż 'il barra mill-kosta), l-industrija, il-marittimu, is-servizzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6222 – GE Energy/Converteam, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).