11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6186 – Advent/Towergate Businesses)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 140/13

1.

Fis-26 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha ċerti fondi kkontrollati minn Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriżi Towergate Partnership Limited (ir-Renju Unit), Cullum Capital Ventures Limited (ir-Renju Unit), Countrywide Insurance Management Limited (ir-Renju Unit) u Powerplace Insurance Services Limited (flimkien it-“Towergate Businesses”), permezz tax-xiri ta' ishma

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Advent: investitur ta' ekwità privata globali f’setturi varji, inkluż is-servizzi finanzjarji, il-midja, il-komunikazzjonijiet, it-teknoloġija tal-informatika, il-bejgħ bl-imnut, l-industrija u l-farmaċewtika,

għat-Towergate Businesses: servizzi intermedjarji tal-assigurazzjoni fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6186 – Advent/Towergate Businesses, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).