15.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 117/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6204 – Linea/Donalink)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 117/15

1.

Fil-5 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Linea Ltd (“Linea”, Bermuda) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani ta’ Donalink Limited (“Donalink”, Ċipru) li d-detenturi tal-ishma tagħha bħalissa huma Linea, STI Limited (“STI”, Jersey) kif ukoll Altmirco Enterprises Limited (“Altmirco”, Ċipru). L-unika kumpanija operattiva li tikkontrolla (indirettament) Linea hija OJSC MCC Eurochem Russia Agrochemicals (“Eurochem”, ir-Russja). L-unika kumpanija operattiva li tikkontrolla Donalink hija Open Joint Stock Company Siberian Coal Energy Company (“SUEK”, ir-Russja).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Linea: detentur ta’ investiment,

għal Eurochem: it-tiftix għal minerali għall-fertilizzanti u l-manifattura u l-bejgħ ta' fertilizzanti,

għal Donalink: detentur ta’ investiment,

għal SUEK: attivitajiet ta’ tiftix għall-faħam fir-Russja, il-forniment ta’ faħam lill-klijenti madwar id-dinja u l-ġenerazzjoni tal-enerġija fir-Russja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6204 – Linea/Donalink, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).