12.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6063 – Itochu/Speedy)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 114/08

1.

Fl-1 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Itochu Corporation (“Itochu” il-Ġappun) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Speedy 1 Limited (“Speedy”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Itochu hija netwerk globali ta' sussidjarji u kumpaniji assoċjati, li flimkien, huma ingaġġati f'firxa wiesgħa ta' industriji, inter alia, tiswijiet awtomotivi u servizzi ta' sostituzzjoni u forniment bl-ingrossa ta' tajers ta' sostituzzjoni għal vetturi f'numru ta' pajjiżi Ewropej,

Speedy hija l-kumpanija possedenti ta' Kwik-Fit Group Limited, li hija prinċipalment attiva fit-tiswija awtomotiva u servizzi ta' sostituzzjoni fir-Renju Unit, fl-Olanda u fi Franza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6063 – Itochu/Speedy, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).