5.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 105/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6178 – Arkema/Total's resin division)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 105/05

1.

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Arkema SA (“Arkema”, Franza), takkwista skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tas-setturi Photocures u Coating u ċerti attivitajiet relatati (“Total's resin division”) ta' Total SA (“Total”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma u assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Arkema: produzzjoni, distribuzzjoni u bejgħ ta' prodotti kimiċi, inklużi prodotti tal-vinil, kimiċi industrijali u prodotti tal-prestazzjoni,

għal Total's resin division: produzzjoni, distribuzzjoni u bejgħ tar-reżini prinċipalment fl-Ewropa, fl-Istati Uniti u fl-Asja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6178 – Arkema/Total's resin division, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).