10.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 76/14


Sejħa għall-proposti fil-kuntest tal-programm ta' ħidma “Persuni” tal-2011, tas-7 Programm Kwadru tal-KE għall-attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

2011/C 76/07

B'dan qed tingħata notifika tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti skont il-programmi ta' ħidma “Persuni” tal- 2011, tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013).

Jintlaqgħu proposti għas-sejħiet li ġejjin. Id-dati tal-għeluq għas-sejħiet u l-baġits qegħdin imniżżlin fit-testi tas-sejħiet li jinsabu ppublikati fuq il-websajt tal-CORDIS.

Il-Programm Speċifiku “Persuni”:

Identifikatur tas-sejħa: FP7-PEOPLE-2011-NCP

Din is-sejħa għal proposti għandha x'taqsam mal-programm ta' ħidma tal-2011 adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 8947, 14 ta’ Diċembru 2010.

L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta' ħidma u l-linji gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti, tinsab disponibbli fuq il-websajt tal-CORDIS: http://cordis.europa.eu/fp7/calls/