9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6117 – Assa Abloy/Cardo)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 40/14

1.

Fit-2 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Assa Abloy AB (l-Isvezja) skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, takkwista l-kontroll sħiħ tal-impriża Cardo AB (l-Isvezja) permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Assa Abloy AB timmanifattura u tforni soluzzjonijiet relatati mal-ftuħ ta’ bibien, jiġifieri prodotti ta’ sigurtà elettroniċi u mekkaniċi, serraturi u prodotti relatati bħal mezzi ta’ ħruġ ta’ emerġenza u tagħmir ta’ siġurtà mat-twieqi,

Cardo AB tforni bibien industrijali u sistemi loġistiċi, sistemi ta’ trattament tal-ilma tal-iskart, tagħmir tal-ipproċessar għall-industrija tal-polpa u l-karti u bibien tal-garaxxijiet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6117 – Assa Abloy/Cardo, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).