8.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/16


MEDIA 2007 – ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ

Sejħa għall-proposti – EACEA/02/11

Appoġġ għan-netwerking u l-mobilità għall-istudenti u l-għalliema fl-Ewropa

2011/C 39/10

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ seħja għall-offerti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Wieħed mill-għanijiet ta’ dan il-programm huwa li jinkoraġġixxi l-iskambju u l-koperazzjoni billi jipprovdi appoġġ għan-netwerking fost l-għalliema fl-Ewropa, b’mod partikulari l-istituti tal-edukazzjoni superjuri, l-organizzazzjonijiet tat-tagħlim u s-sħab tagħhom fis-settur professjonali u li jinkoraġġixxi l-mobilità tal-istudenti u l-għalliema fl-Ewropa.

Il-sejħa għall-proposti 02/11 hija l-aħħar sejħa għal Taħriġ Inizjali mnedija taħt il-programm MEDIA 2007 u toffri Ftehim Qafas ta' Sħubija għal 3 snin.

2.   Kandidati eleġibbli

Din l-avviż jirrigwarda l-konsorzji pan-Ewropej ta’ istituti tal-edukazzjoni superjuri u/jew ta’ organizzazzjonijiet involuti fis-settur awdjoviżiv (li jiġu minn tliet pajjiżi parteċipanti b’mill-inqas tliet istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri) li bl-attivitajiet tagħhom jagħtu kontribut favur l-ilħuq tal-għanijiet imsemmija qabel tal-programm MEDIA deskritti fid-deċiżjoni tal-Kunsill.

Il-konsorzji li japplikaw għandhom ikunu rreġistrati f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin u l-biċċa l-kbira tas-sjieda tagħhom għandha tkun f’idejn ċittadini ta’ wieħed minn dawn il-pajjiżi: l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, dawk miż-Żona Ekonomika Ewropea li jieħdu sehem fil-programm MEDIA 2007 (l-Islanda, Liechtenstein, in-Norveġja), l-Isvizzera u l-Kroazja.

3.   Azzjonijiet eleġibbli

L-azzjonijiet li ġejjin, flimkien ma’ attivitajiet relatati magħhom illi jsiru fil-pajjiżi MEDIA, huma eleġibbli:

Attivitajiet ta’ taħriġ maħsuba biex jgħinu lill-professjonisti ġejjiena fil-qasam awdjoviżiv jiżviluppaw il-ħila li jifhmu d-dimensjoni Ewropea u li jintegrawha f’ħidmiethom, billi jsaħħulhom il-kompetenza tagħhom f’dawn l-oqsma:

Taħriġ fil-ġestjoni ekonomika, finanzjarja u kummerċjali

Taħriġ f’teknoloġiji ġodda

Taħriġ fil-kitba ta’ skriptijiet

Il-perjodu tal-eliġibilità għall-ispejjeż huwa minn minimu ta’ 12-il xahar sa massimu ta’ 18-il xahar f'każi li jkunu ġustifikati b'mod xieraq.

L-attivitajiet ma għandhomx jibdew qabel l-1 ta’ Settembru 2011 u għandhom jintemmu mhux iżjed tard mit-30 ta’ Ġunju 2013.

4.   Kriterji tal-għoti

L-evalwazzjoni tal-kandidati/proġetti eliġibbli ser tkun imsejsa fuq 100 punt skont dawn il-kriterji:

Kwalità tal-kontenut tal-attività (20 punt)

Ġestjoni tal-proġett (20 punt)

Kwalità tal-konsorzju (20 punt)

Dimensjoni Ewropea (20 punt)

Impatt (20 punt)

5.   Baġit

L-istima tal-baġit totali allokat għall-finanzjament konġunt tal-proġetti huwa EUR 2 000 000.

Is-sussidju massimu la jista’ jaqbeż il-50 % u lanqas il-75 % tal-ispejjeż totali.

L-Aġenzija żżomm għaliha l-possibbiltà li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

6.   Data tal-iskadenza tal-applikazzjonijiet

L-iskadenza għat-tressieq tal-applikazzjonijiet tagħlaq fid-29 ta’ April 2011. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lil dan l-indirizz:

Education, Audiovisual and Culture Agency (EACEA)

Call For Proposals EACEA/02/11 — ‘MEDIA Support for the networking and mobility of students and trainers in Europe’

Mr. Constantin DASKALAKIS

BOUR 03/30

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Jistgħu jintlaqgħu biss l-applikazzjonijiet li jkunu mressqin fuq il-formola uffiċjali u mimlijin, datati u ffirmati kif xieraq mill-persuna li jkollha s-setgħa tirrappreżenta lill-applikant b’mod legali.

Ma jiġux aċċettati lanqas applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-faks jew bil-posta.

7.   Iżjed tagħrif

Il-linji gwida ddettaljati għall-kandidati u l-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/culture/media/programme/training/forms/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom b’mod obbligatorju jintbagħtu fuq il-formola pprovduta u jinkludu fihom l-Annessi u l-informazzjoni kollha mitluba.