4.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/11


Sejħa għal proposti fl-ambitu tal-programm ta' ħidma tal-Programm Ewropew għar-Riċerka tal-Metroloġija (EMRP) konġunt

2011/C 35/05

B'dan qed jingħata avviż dwar it-tnedija ta' sejħa għal proposti għal oqsma speċifiċi segwita b'sejħa għal proposti għal proġetti relatati u għotjiet lil riċerkaturi assoċjati fl-ambitu tal-programm ta' ħidma tal-Programm Ewropew għar-Riċerka tal-Metroloġija.

Qed jissejħu l-proposti għal EMRP Call 2011 bl-oqsma ta' temi li ġejjin:

Il-Metroloġija għas-Saħħa

SI Broader Scope

Il-Metroloġija għal Teknoliġiji Ġodda

Din is-Sejħa tinkludi proċess f'żewġ stadji għal proġetti konġunti ta' riċerka u tinkludi opportunitajiet għal għotjiet lir-riċerkaturi.

 

Data tal-pubblikazzjoni

Data tal-għeluq

Stadju 1 –

Sejħa għal suġġetti ta' Riċerka Potenzjali

l-4 ta' Frar 2011

l-20 ta' Marzu 2011

Stadju 2 –

Sejħa għal proposti għal Proġetti Konġunti ta' Riċerka u associated Researcher Excellence Grant applications

l-20 ta' Ġunju 2011

it-3 ta' Ottubru 2011

Id-dokumenti tas-sejħa inklużi l-baġit, id-deskrizzjoni tal-oqsma topiċi u l-modalitajiet huma disponibbli fuq il-websajt sussegwenti:

http://www.emrponline.eu/call2011