28.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/34


Sejħa għall-proposti ta' azzjonijiet fil-qasam tal-Enerġija, li jaqgħu taħt il-programm “Enerġija Intelliġenti – Ewropa”, (Deciżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15))

2011/C 26/18

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (AEKI) qiegħda hawnhekk tniedi sejħa għall-proposti għall-programm ta' ħidma tas-sena 2011 tal-“Enerġija Intelliġenti – Ewropa”. Is-sejħa tagħlaq fit-12 ta' Mejju 2011 għall-azzjonijiet kollha (ħlief għal-inizjattiva integrata bit-titlu ta' “L-inizjattiva għat-taħriġ u l-kwalifikazzjoni għall-forza tax-xogħol tal-bini fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli”, li se tagħlaq fit-15 ta' Gunju 2011).

Tagħrif dwar id-dettalji tas-sejħa u għajnuna dwar kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet tal-proġetti, jinstabu fuq

http://ec.europa.eu/energy/intelligent/call_for_proposals/index_en.htm

Il-helpdesk tal-programm “Energija Intelligenti – Ewropa”, jista’ jintlaħaq fuq

http://ec.europa.eu/energy/intelligent/contact/index_en.htm