|
26.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 24/1 |
REKLUTAĠĠ GĦALL-AĠENZIJA EWROPEA DWAR IL-MEDIĊINI (LONDRA)
(2011/C 24 A/01)
L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill — ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1). L-Aġenzija ġiet imwaqqfa f'Jannar tal-1995. Hija għanda ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, is-27 Stat Membru tal-UE, il-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.
Aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli permezz tal-Internet; l-indirizz tal-website tagħna huwa http://www.ema.europa.eu
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini qed torganizza proċeduri ta' selezzjoni bl-għan li titfassal lista ta' riserva għal:
|
— |
EMA/AD/318: Awditur Intern, Settur tal-Verifika Interna, Unità tad-Direttorat (AD 6) |
|
— |
EMA/AD/319: Kap tas-Settur għall-Finanzi u l-Budget, Unità tal-Amministrazzjoni (AD 9) |
|
— |
EMA/AD/320: Amministratur/Manager tal-Proġetti, Taqsima tal-Ġestjoni tal-Programmi u l-Proġetti, Settur tal-Iżvilupp tal-ICT, Unità tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) (AD 6) |
|
— |
EMA/AD/321: Kap tas-Sezzjoni għat-Taħriġ u l-Iżvilupp Professjonali, Taqsima Riżorsi Umani, Unità tal-Amministrazzjoni (AD 6) |
Kandidati magħżula jitniżżlu fuq lista ta' riżerva u, skont is-sitwazzjoni finanzjarja, jista' jiġi offert lilhom kuntratt bħala Aġent Temporanju ta' ħames snin, li jista' jiġġedded, konformi mal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968).
Il-post tal-impjieg ikun Londra.
Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej jew tal-Islanda jew tan-Norveġja jew tal-Liechtenstein, u jgawdu mid-drittijiet kollha bħala ċittadini.
Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni tal-impjieg għandhom jitniżżlu mill-website tal-Aġenzija
http://www.ema.europa.eu/htms/general/admin/recruit/recruitnew.htm
L-applikazzjonijiet iridu jsiru b'mod elettroniku permezz tal-formola disponibbli fuq il-website tal-Aġenzija. L-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet tagħlaq fid-9 ta' Marzu 2011 f'nofsillejl.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok illi minħabba fin-numru kbir ta' applikazzjonijiet li tirċievi l-Aġenzija, meta jasal iż-żmien tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, is-sistema jista' jinqalgħalha problemi biex tipproċessa ammonti kbar ta' data. Għaldaqstant, huwa rakkomandabbli li min japplika jibgħat l-applikazzjoni tiegħu ferm aktar qabel mid-data perentorja.
Jekk tixtieq tirċievi l-avviżi tal-pubblikazzjonijiet ta' impjiegi battala b'mod elettroniku jekk jogħġbok irreġistra online għal RSS fuq http://www.ema.europa.eu/ taħt “Aħbarjiet u Avvenimenti”