20.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/4


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

2011/C 19/05

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' 2 euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Franza

Il-muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Bl-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni qed tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill fl-10 ta’ Frar 2009 (2) rigward dan is-suġġett, l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti euro kommemorattivi maħsubin għaċ-ċirkolazzjoni b’ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta' EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn simboliku qawwi kommemorattiv fuq livell nazzjonali jew Ewropew.

Pajjiż tal-ħruġ: Franza

Suġġett tal-kommemorazzjoni: 30 sena tal-Festa tal-Mużika

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti interna tal-munita turi folla ferħana, b'dehra stilizzata ta' strument mużikali, u b'noti jtiru fl-arja, sabiex juru s-simbolu ta' atmosfera ta' festa, il-festa tal-mużika, li ilha ssir fi Franza mill-1981 fl-ewwel jum tas-sajf. F'nofs id-disinn hemm il-kliem “Fête de la MUSIQUE” u d-data “21 JUIN 2011”. Fuqnett tal-munita, ixxaqleb 'l isfel lejn il-lemin, hemm il-kliem “30e ANNIVERSAIRE” u fin-naħa t'isfel hemm l-indikazzjoni tal-pajjiż “RF”.

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Il-kwantità ta’ muniti maħruġin: 10 miljun munita

Data ta’ ħruġ: Ġunju 2011


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 dwar l-uċuħ nazzjonali kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).