15.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/20


Sejħa għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma “In-nies” tas-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

2010/C 340/13

B’dan qed tingħata notifika dwar it-tnedija ta’ sejħa għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma “In-nies” tas-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013).

Din hija stedina għal proposti għas-sejħa li ġejja dwar it-tħaddim transnazzjonali tan-netwerk tas-Servizzi tal-EURAXESS. Id-data tal-għeluq u l-baġit tas-sejħa huma mogħtija fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq is-sit tal-internet tal-CORDIS.

Il-Programm Speċifiku “In-nies”:

L-identifikatur tas-sejħa: FP7-PEOPLE-2011-EURAXESS-II

Din is-sejħa għall-proposti għandha x’taqsam mal-programm ta’ ħidma adottat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 8940 tal-14 ta’ Diċembru 2010.

It-tagħrif dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-programm ta’ ħidma u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-CORDIS li ġej: http://cordis.europa.eu/fp7/calls/