26.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 321/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5961 – Bertrand Restauration/Inbev France/Bars&Co)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 321/07
1. |
Fid-19 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill (1), li permezz tagħha l-impriża Groupe Bertrand Restauration (“Bertrand Restauration”, Franza), ikkontrollata minn Groupe Bertrand (“Groupe Bertrand”, Franza) u Groupe LVMH (“LVMH”, Franza), u AB Inbev France (“Inbev France”, Franza), ikkontrollata minn Anheuser-Bush Inbev (“Groupe Inbev”, il-Belġju) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Bars&Co, permezz ta’ impriża konġunta li għadha kemm inħolqot u msemmija Bars&Co Développement Franchises (“BCDF”, Franza). |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5961 – Bertrand Restauration/Inbev France/Bars&Co, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).