23.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6017 – APMT/DPW/COSCO/QPGL/QQCT)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 318/11

1.

Fit-16 ta’ Novembru 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi APM Terminals China Company Limited (“APMT China”), proprjetà tal-grupp AP Møller-Maersk A/S (“APMM”, id-Danimarka), DP World (POSN) BV (“DPW POSN”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u DP World Red BV (“DPW Red”, il-Pajjiżi l-Baxxi), it-tnejn proprjetà tal-grupp DP World (“DPW”, l-Emirati Għarab Magħquda), COSCO Ports (Qianwan) Limited (“COSCO Qianwan”, iċ-Ċina), proprjetà tal-grupp China Ocean Shipping (Group) Company (“COSCO”), kif ukoll Qingdao Port Group (“QPGL”, iċ-Ċina), jakkwistaw fi ħdan it-tifisra tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Qingdao Qianwan Container Terminal Co. Ltd (“QQCT”, iċ-Ċina), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal APMM: l-iżvilupp u l-operazzjoni ta' terminals tal-kontejners u attivitajiet relatati madwar id-dinja, tbaħħir tal-linja fil-kontejners, trasportazzjoni fuq l-art u loġistika, irmunkar fil-portijiet, tankers, esplorazzjoni u produzzjoni taż-żejt u tal-gass, trasport bl-imnut kif ukoll bl-ajru,

għal DPW: l-operazzjoni ta' terminals marittimi madwar id-dinja,

għal COSCO: tbaħħir tal-merkanzija, loġistika, bini u tiswija ta' vapuri, servizzi ta' ġestjoni ta' vapuri, inġinerija marittima, operazzjonijiet fit-terminal kif ukoll servizzi relatati finanzjarji u fil-qasam tal-IT,

għal QPGL: kienet qabel il-Qingdao Port Authority, li toffru servizzi komprensivi fil-Port ta' Qingdao, il-Provinċja ta' Shandong fiċ-Ċina,

għal QQCT: l-operazzjoni ta' terminal tat-tbaħħir tal-kontejners fil-Port ta' Qingdao.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6017 – APMT/DPW/COSCO/QPGL/QQCT, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).