23.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/8


Sejħa għall-Espressjoni ta' Interess għas-Sistema tal-Appoġġ għall-Għarfien

2010/C 318/07

Is-Sejħa għall-Espressjoni ta' Interess għas-Sistema tal-Appoġġ għall-Għarfien (KSS) ESPON 2013 issa hija miftuħa.

Is-Sejħa għandha l-għan li tkabbar in-numru eżistenti ta' esperti li jappoġġjaw ir-riċerka applikata tal-ESPON, partikolarment f'temi bħad-dimensjonijiet territorjali tal-Istrateġija tal-UE2020, ix-xenarji territorjali tal-Ewropa, il-gvern territorjali u l-potenzjal territorjali relatat mal-ekonomija ekoloġika.

Id-data tal-għeluq għall-espressjoni ta' interess f'din is-Sejħa hija l-21 ta' Jannar 2011.

Id-dokumentazzjoni kollha konnessa mas-sejħa, inklużi l-proċedura għall-applikazzjoni, ir-regoli tal-eliġibbiltà, il-kriterji tal-valutazzjoni u l-formola tal-applikazzjoni huma disponibbli fil-Websajt tal-ESPON http://www.espon.eu