17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 312/1


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI EPSO/AST/111/10

SEGRETARJAT (AST 1)

DA/DE/EN/ES/FR/MT/NL/PT/SV

(2010/C 312 A/01)

Interessat f'karriera fl-istituzzjonijiet Ewropej?

Il-profil tiegħek jikkorrispondi mal-kriterji tagħna?

Mela applika

Agħti lilek innifsek iċ-ċans li tirnexxi

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza din il-kompetizzjoni ġenerali permezz ta' eżamijiet sabiex tinħoloq riżerva għar-reklutaġġ ta' assistenti (1).

EPSO/AST/111/10 (AST 1)

IL-QASAM TAS-SEGRETARJAT

fil-lingwi li ġejjin:

(DA) DANIŻ, (DE) ĠERMANIŻ, (EN) INGLIŻ, (ES) SPANJOL, (FR) FRANĊIŻ, (MT) MALTI, (NL) OLANDIŻ, (PT) PORTUGIŻ, (SV) SVEDIŻ

L-għan ta' din il-kompetizzjoni hu li jinħolqu listi ta' riżerva maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 184 A tat-8 ta' Lulju 2010 kif ukoll fuq il-websajt tal-EPSO.

Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż ta' kompetizzjoni, se tgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.

WERREJ

I.

QAFAS ĠENERALI

II.

DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

III.

KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

IV.

TESTIJIET TAD-DĦUL

V.

KOMPETIZZJONI ĠENERALI U EŻAMIJIET TA' EVALWAZZJONI

VI.

LISTI TA' RIŻERVA

VII.

KIF TAPPLIKA?

I.   QAFAS ĠENERALI

1.

Għadd ta' kandidati magħżula skont il-lingwa

DA = 35

DE = 62

EN = 98

ES = 22

FR = 86

MT = 42

NL = 27

PT = 19

SV = 23

2.

Kummenti

Int tista' tapplika għal-lingwa waħda biss.

Din l-għażla għandha ssir fil-ħin tal-applikazzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ivvalidajt u bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b'mod elettroniku.

II.   DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

Id-deskrizzjoni u l-livell tal-funzjonijiet li għandhom jitwettqu jinkludu l-eżekuzzjoni tal-kompiti li ġejjin:

L-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni ta' laqgħat, inkluża t-tħejjija ta' fajls u ta' dokumenti ta' ħidma.

Ir-riċezzjoni, l-iffiltrar u l-ipproċessar tat-telefonati, l-ipproċessar tal-korrispondenza u l-komunikazzjoni ta' informazzjoni ġenerali lil min iċempel.

Il-ġestjoni tal-kaxex postali elettroniċi u tal-kaxex postali funzjonali.

Il-ġestjoni tal-aġenda, is-superviżjoni tal-iskeda u l-iżgurar li l-iskadenzi jiġu osservati.

L-għoti ta' appoġġ amministrattiv ġenerali, partikolarment fil-ġestjoni tad-dokumenti (ir-riċezzjoni, l-ipproċessar, il-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tad-dokumenti u l-ittri).

Il-preparazzjoni u l-ġestjoni tal-missjonijiet; il-ġestjoni tal-assenzi.

Il-preżentazzjoni u l-verifika tad-dokumenti (l-issettjar tal-paġni, l-ifformattjar u t-tabelli).

L-abbozzar (fil-livell segretarjali) ta' noti, ittri u rendikonti.

Diversi xogħlijiet amministrattivi tas-segretarjat oħrajn marbuta mal-ġestjoni ta' fajls u r-riċerka ta' informazzjoni, li jkunu partikolarment jeħtieġu l-użu ta' teknoloġiji tal-informazzjoni.

Fis-servizzi tat-traduzzjoni: ir-riċezzjoni, il-ġestjoni u l-ipproċessar tat-talbiet għat-traduzzjoni u b'mod partikolari l-preparazzjoni, l-ipproċessar u l-finalizzazzjoni tad-dokumenti, prinċipalment permezz ta' softwer tat-traduzzjoni, id-dħul u l-aġġornament ta' memorji tat-traduzzjoni, kif ukoll xogħlijiet relatati mal-issettjar tal-paġni u l-ifformattjar.

Il-profil ġenerali tal-kandidati mfittex mill-istituzzjonijiet huwa spjegat fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.

III.   KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

, int għandek tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ġenerali u speċifiċi li ġejjin:

1.

Kundizzjonijiet ġenerali

Tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Tgawdi mid-drittijiet ċivili tiegħek.

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet ta' reklutaġġ applikabbli għas-servizz militari.

Tipproduċi r-referenzi dwar il-karattru meħtieġa, li juru li int tajjeb biex twettaq il-funzjonijiet previsti.

2.

Kundizzjonijiet speċifiċi

2.1.

Kwalifiki

Jew (a)

Livell ta' edukazzjoni għolja, iċċertifikat b'diploma direttament relatata mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet (ara t-Taqsima II).

Jew (b)

Livell ta' edukazzjoni sekondarja, iċċertifikat b'diploma li tagħti aċċess għal edukazzjoni għolja segwita minn esperjenza professjonali ta' perjodu minimu ta' tliet snin, li hija direttament relatata mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet (ara t-Taqsima II).

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-anqas tliet snin, imsemmija fil-punt b), tagħmel parti integrali mid-diploma.

2.2.

Esperjenza professjonali

L-ebda esperjenza professjonali mhija meħtieġa.

2.3.

Għarfien lingwistiku

(a)

Lingwa 1

Il-lingwa ewlenija:

għarfien profond tal-lingwa magħżula għall-kompetizzjoni fost DA/DE/EN/ES/FR/MT/NL/PT/SV.

u

 

(b)

Lingwa 2

It-tieni lingwa (li għandha tkun differenti mil-lingwa 1):

għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż

IV.   TESTIJIET TAD-DĦUL

1.

Int se tkun mistieden għat-testijiet

, tkun iddikjarajt li tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tat-Taqsima III.

2.

Deskrizzjoni u marki tat-testijiet

Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla bil-għan li jiġu evalwati l-ħiliet u l-kompetenzi ġenerali fir-rigward ta':

Test (a)

ir-raġunament verbali

marki: 0 sa 20 punt

il-minimu meħtieġ: 10 punti

Test (b)

ir-raġunament numeriku

marki: 0 sa 10 punti

Test (c)

ir-raġunament astratt

marki: 0 sa 10 punti

 

Il-minimu meħtieġ għat-testijiet kollha b) u c) huwa ta' 10 punti

Test (d)

kapaċitajiet professjonali:

eżattezza u preċiżjoni

marki: 0 sa 20 punt

il-minimu meħtieġ: 10 punti

Test (e)

kapaċitajiet professjonali:

prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

marki: 0 sa 20 punt

il-minimu meħtieġ: 10 punti

Test (f)

kompetenzi fil-qasam tas-segretarjat

marki: 0 sa 20 punt

il-minimu meħtieġ: 10 punti

3.

Lingwa tat-testijiet

Lingwa 1 għat-testijiet a), b) u c)

Lingwa 2 għat-testijiet d), e) u f)

V.   KOMPETIZZJONI ĠENERALI U EŻAMIJIET TA' EVALWAZZJONI

1.

Int se tkun ammess (*) għall-eżamijiet ta' evalwazzjoni

jekk int tikseb waħda mill-aħjar marki kif ukoll il-minimu meħtieġ għat-testijiet tad-dħul (2) u jekk, skont id-dikjarazzjonijiet tiegħek fl-applikazzjoni elettronika, int tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tat-Taqsima III (3).

(*)

L-ammissjoni se tkun ikkonfermata bil-kundizzjoni li ssir verifikazzjoni ulterjuri tad-dokumenti ta' appoġġ mehmuża mal-fajl tiegħek. Id-dokumenti ta' appoġġ tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni u li jkunu kisbu l-aħjar marki fl-eżamijiet ta' evalwazzjoni se jiġu eżaminati f'ordni dixxendenti ta' punti, sakemm jintlaħaq l-għadd ta' kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni.

Id-dokumenti ta' appoġġ tal-kandidati li jikklassifikaw taħt dan in-numru mhux se jiġu eżaminati.

2.

Eżamijiet ta' evalwazzjoni

Int se tkun mistieden tipparteċipa fl-eżamijiet ta' evalwazzjoni, li fil-prinċipju jsiru fi Brussell, u li jdumu ġurnata. Int se tkun evalwat fuq il-kompetenzi speċifiċi tiegħek f'dan il-qasam kif ukoll fuq il-kompetenzi ġenerali li ġejjin:

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Komunikazzjoni

Kwalità u riżultati

Tagħlim u żvilupp

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Perseveranza

Ħidma f'tim

Dawn il-kompetenzi huma mfissra fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.

Dawn il-kompetenzi se jiġu eżaminati permezz tal-elementi li ġejjin:

(a)

intervista strutturata

(b)

eżerċizzju tal-in-tray

(c)

eżami prattiku (4) li jinvolvi l-preparazzjoni u/jew l-ipproċessar ta' dokument MS Word.

(d)

eżami prattiku li jinvolvi l-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet tal-espressjoni bil-kitba (partikolarment l-ortografija, is-sintassi u l-grammatika).

3.

Lingwi tal-eżamijiet ta' evalwazzjoni

Lingwa 2: testijiet a) u b)

Lingwa 1: testijiet c) u d)

4.

Marki

Kompetenzi speċifiċi

minn 0 sa 30 punt

il-minimu meħtieġ: 15-il punt

Kompetenzi ġenerali

minn 0 sa 10 punti għal kull kompetenza ġenerali

il-minimu meħtieġ:

 

3 punti għal kull kompetenza u

 

40 punt minn 70 għas-7 kompetenzi ġenerali kollha

VI.   LISTI TA' RIŻERVA

1.

Kandidati li jiddaħħlu fil-listi ta' riżerva

Il-bord tal-għażla jniżżel ismek fil-lista ta' riżerva, jekk int tkun wieħed mill-kandidati (5) li jkunu kisbu l-minimu meħtieġ flimkien ma' waħda mill-aħjar marki fl-eżamijiet ta' evalwazzjoni kollha (ara l-għadd ta' kandidati magħżula, Taqsima I.1) u jekk, skont id-dokumenti ta' appoġġ tiegħek, int tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni.

2.

Klassifika

Il-listi se jiġu stabbiliti skont il-lingwa u skont il-grupp ta' mertu (massimu ta' 4) u se jsiru f'ordni alfabetiku f'kull grupp ta' mertu.

VII.   KIF TAPPLIKA?

1.

Applikazzjoni elettronika

Int għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO.

Data tal-għeluq: is-16 ta' Diċembru 2010 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell.

2.

Trażmissjoni tal-fajl ta' applikazzjoni

F'fażi ulterjuri u kemm-il darba tkun tagħmel parti mill-kandidati ammessi għall-eżamijiet ta' evalwazzjoni, int se tkun mitlub tibgħat fajl ta' applikazzjoni komplut (applikazzjoni elettronika ffirmata flimkien ma' dokumenti ta' appoġġ).

Data tal-għeluq: Int se tiġi informat bid-data tal-għeluq, fi żmien xieraq, permezz tal-profil tiegħek tal-EPSO.

Kundizzjonijiet: ara l-punt 2.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.


(1)  F'dan l-avviż kull referenza għal persuna tas-sess maskil tirreferi wkoll għal persuna tas-sess femminil.

(2)  Fil-każ fejn fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha se jkunu mistiedna għall-eżamijiet ta' evalwazzjoni.

(3)  L-għadd ta' kandidati mistiedna għall-eżamijiet ta' evalwazzjoni jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għal 2,5 darbiet l-għadd ta' kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni u li se jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu).

(4)  Aktar dettalli dwar it-tastieri li se jingħataw lill-kandidati se jiġu pprovduti flimkien mal-istedina għall-eżamijiet ta' evalwazzjoni. Il-kandidati se jingħataw tastieri standard bħal dawk li jintużaw fuq is-suq tax-xogħol Ewropew.

(5)  Fil-każ fejn fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha se jitniżżlu fil-lista ta' riżerva.