16.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/15


Avviż ta' reklutaġġ PE/125/S

2010/C 311/06

Il-Parlament Ewropew qed jorganizza l-proċedura ta' għażla:

PE/125/S – Kap tal-Unità (AD12) – Unità tas-Sigurtà Interna, Parlament Ewropew

Din il-proċedura ta' għażla tirrikjedi livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal kors ta' grad Universitarju komplut iċċertifikat b'diploma uffiċjalment rikonoxxuta f'wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-kandidati jeħtieġ li, sad-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u minn meta jkunu kisbu l-kwalifika msemmija hawn fuq, ikollhom tal-anqas 10 snin esperjenza professjonali rilevanti għan-natura tal-funzjonijiet, li minnhom 5 snin jeħtieġ li jkunu f'pożizzjoni maniġerjali.

Dan l-avviż ta' reklutaġġ qed jiġi ppubblikat biss bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Franċiż. It-test sħiħ jinsab f'Il-Ġurnal Uffiċjali C 311 A b'dawn il-lingwi.