10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5969 – SCJ/Sara Lee)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 304/11

1.

Fit-3 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża SC Johnson & Son, Inc. (“SCJ”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta' parti mill-impriża Sara Lee Corporation (“Sara Lee”, l-Istati Uniti tal-Amerika) iddedikata għan-negozju tal-kontroll tal-insetti permezz ta' xiri ta' ishma u assi. Il-konċentrazzjoni ġiet riferuta lill-Kummissjoni Ewropea mill-Awtorità Spanjola għall-Kompetizzjoni skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Ir-riferiment sar ukoll sussegwentement mill-Belġju, Franza, l-Italja, ir-Repubblika Ċeka u l-Greċja.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal SCJ: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' prodotti għall-konsumatur, inklużi prodotti domestiċi għall-kontroll tal-insetti,

għan-negozju akkwistat ta' Sara Lee: produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' prodotti domestiċi għall-kontroll tal-insetti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5969 – SCJ/Sara Lee, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).