4.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/9


Sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2011 tas-Seba’ Programm Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

2010/C 298/07

Qiegħed jingħata avviż hawnhekk dwar it-tnedija tas-sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2011 tas-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (2007 sa 2013).

Qiegħda tintbagħat stedina għal proposti għas-sejħa li ġejja. L-iskadenzi u l-baġit tas-sejħa huma mogħtija fit-test tas-sejħa li huwa ppubblikat fil-websajt CORDIS u l-websajt Portal tal-Parteċipanti.

Programm ta’ Ħidma Ideat

Titlu tas-Sejħa

Għotja tal-Investigaturi Avvanzati tal-ERC

Identifikatur tas-Sejħa

ERC-2011-AdG

Din is-sejħa għal proposti hija relatata mal-programm ta’ ħidma adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4898 tad-19 ta’ Lulju 2010.

Informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-programm ta’ ħidma u l-gwida għall-applikanti dwar kif jiġu sottomessi l-proposti hija disponibbli permezz tal-websajts rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea:

 

http://cordis.europa.eu/fp7/dc/index.cfm?fuseaction=UserSite.FP7CallsPage u

 

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/appmanager/participants/portal